Barranin
L-aġenzija internazzjonali tal-enerġija appellat biex jittella’ aktar żejt hekk kif is-suq riesaq lejn żbilanċ

Muniti

Id-dollaru ddgħajjef kontra l-maġġoranza tal-muniti rivali wara li l-bonds tat-Teżor Amerikan irtiraw mill-ogħla livell tagħhom f’7 snin ilbieraħ. L-Isterlina estendiet iż-żidiet kontra d-dollaru mogħtija spinta minn rapport li ftehim dwar it-termini tal-Brexit jista’ jintlaħaq sa nhar it-Tnejn. L-ewro żdied ‘il fuq minn $1.150 hekk kif il-funds xtraw ammonti suffiċjenti sabiex jistabbilixxu l-offerti kbar li kien hemm. Id-dollaru Awstraljan żdied kontra dak Amerikan minħabba xiri għal terminu qasir mill-funds b’reazzjoni għall-istatistika imtejba dwar il-fiduċja tal-konsumatur maħruġa minn Westpac.

Indiċi

L-Indiċijiet fl-Istati Uniti waqgħu għall-ħames jum hekk kif il-bonds tat-Teżor reġgħu qabdu ż-żieda qabel aktar xiri ta’ dejn. Il-CAC 40, l-iSTOXX u d-DAX kienu l-aktar milqutin mit-tnaqqis li kien ivarja bejn aktar minn 1% u qrib iz-0.6%. It-Topix tal-Ġappun u l-indiċi lokali kienu xi ftit pożittivi u kontra x-xejra.

Ishma Lokali

Fil-borża ta’ Malta, il-Bank of Valletta u l-Malta Properties Company it-tnejn żdiedu bi 3% illum u l-GO u l-RS2 Software kellhom ukoll żieda. Il-MaltaPost tilfu 1.82% waqt li l-International Hotel Investments tilfu qrib il-5%.

Il-bonds tal-SD Finance llum żdiedu kważi 1% segwiti minn Hili Properties b’0.5% u Exalco Finance li żdiedu b’0.24%. Il-GlobalCapital tilfu 0.5%. In-1923 Investments u s-6PM Holdings wrew tnaqqis ta’ qrib il-1%.

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum żamm qrib il-$75 kull barmil hekk kif l-urugan Michael hedded il-provvista mill-Istati Unit meta l-ħażniet Amerikani kienu rrapurtati li ser jiżdiedu. Iż-żejt mhux maħdum żdied bi 15% min-nofs Awwissu minħabba tħassib dwar il-provvista u dan wassal biex l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija appellat lill-produtturi sabiex itellgħu aktar żejt hekk kif is-suq riesaq lejn żbilanċ.

Id-deheb kien xi ftit negattiv matul is-sessjoni Amerikana bil-prezz ta’ $1,187.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Barranin

Muniti L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1238; madankollu mbagħad irtira għal $1.1212. Il-munita unika kienet reżiljenti minkejja l-aħħar sensiela ta’ tensjonijiet kummerċjali u x’aktarx dan seħħ minħabba persuni li kienu qed…

Aktar