Barranin
L-aġenzija tar-ratings mistennija tippublika rapport dwar l-Italja

Il-munita unika tibqa’ taħt pressjoni fi tmiem il-ġimgħa u bħalissa r-rata hija madwar $1.1370 u $1.1380. Il-par jidhru vulnerabbli u qed jiġu nnegozjati fl-inqas livell f’xahrejn u jsibu sostenn biex jibqgħu qrib id-$1.1350.

Il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew nhar il-Ħamis ma ħalliet ebda sorpriżi, waqt li l-Kunsill Governattiv tenna ħarsa pożittiva lejn il-kundizzjonijiet ekonomiċi fir-reġjun u wera ottimiżmu li l-inflazzjoni tista’ tilħaq il-mira tal-bank fi żmien medju.

Sadattant tibqa’ fl-aħbarijiet l-Italja li qed tkun il-mutur wara l-movimenti bejn l-ewro u d-dollaru. Illum, l-aġenzija tar-ratings, Standard and Poor mistennija li tippublika r-rapport dwar l-Italja.

Sadattant, il-President tal-Bank Mario Draghi u l-membru tal-Bord, B. Coeure kellhom jitkellmu fi Brussels u Pariġi rispettivament.

L-ewro qed tkun bejn is-$1.1370 u d-$1.1380, b’żieda ta’ 0.04%. L-ewro żdied kontra l-Isterlina b’0.04%; b’0.61% kontra d-Dollaru Awstraljan; b’0.51% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.06% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro tbaxxa 0.29% kontra l-Yen.

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew flimkien max-xiri bil-quddiem fl-Istati Uniti hekk kif rapporti diżappuntanti minn kumpaniji tat-teknoloġija tappnu s-sentiment fi tmiem ġimgħa mill-agħar. Il-bonds tat-Teżor Amerikan kienu stabbli u d-dollaru żdiedet qabel ma toħroġ l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku u l-prezzijiet għall-konsumatur fl-akbar ekonomija tad-dinja.

Il-FTSE 100 tilef 1.34%; l-iSTOXX 50 naqas b’1.33%; id-DAX b’1.46% u l-CAC 40 b’1.63%.

Il-prezz taż-żejt Brent tilef 0.86% għal $76.24 waqt li l-U.S.Light crude tilef 1.01% għal $66.64.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’0.37% għal $1,236.78 kull uqija waqt li l-fidda żdiedu b’0.31% għal $14.68850.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Matul il-ġimgħa mistennija li toħrog din l-istatistika:

Nhar it-Tnejn, il-prezzijiet tal-profduzzjoni fl-Italja; is-self mill-konsumatur fir-Renju Unit; il-qgħad fil-Ġermanja; il-fiduċja tal-konsumatur fl-Istati Uniti u l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur fl-Awstralja.

L-Erbgħa, joħorġu l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur taż-Żona tal-Ewro; l-impjiegi, eskluża l-biedja u l-inventarji taż-żejt fl-Istati Uniti; l-Prodott Domestiku Gross mill-Kanada.

L-istatistika li ser toħroġ nhar il-Ħames tinkludi l-indiċi tal-manifatturi, ir-rapport tal-inflazzjoni u r-rata tal-Interessi mir-Renju Unit waqt li jitkellem il-Gvernatur tal-Bank of England, Carney; l-indiċi tal-manifattura fl-Istati  uniti u l-bejgħ bl-imnut mill-Awstralja.

Nhar il-Ġimgħa toħroġ l-istatistika dwar il-manifattura mill-Ġermanja u dwar l-Kostruzzjoni fir-Renju Unit; il-pagi, eskluża l-biedja, mill-Istati Uniti; ir-rata tal-qgħad fl-Istati Uniti u l-bidla fl-impjiegi fil-Kanada.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar