Barranin, Lokali
L-agħar ġimgħa għad-deheb fl-aħħar erba’ xhur

Muniti

Id-dollaru ssoda għall-ogħla livell f’sitt ġimgħat kontra l-yen illum, u jinsab riesaq lejn żidiet matul il-ġimgħa kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif l-investituri qed jistennew iċ-ċifra dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti, li mistennija jsaħħu l-istennija ta’ żieda fir-rati tal-interess mill-Federal Reserve l-ġimgħa d-dieħla.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand baqgħu qrib il-livelli baxxi tal-aħħar xahrejn u resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ telf minħabba s-saħħa tad-Dollaru Amerikan.

Indiċi

Id-Dow Jones din il-ġimgħa tilef 0.69%. L-indiċi fl-Ewropa kienu mħallta. Il-EuroSTOXX50 u l-CAC 40 tilfu 0.74% u 0.36% rispettivament., iżda l-FTSE100 u d-DAX tilfu 0.91% u 0.67% rispettivament.

It-Topix żdied 1.54% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.37%.

Komoditajiet

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum żdiedu ftit illum wara li lbieraħ tbaxxew għall-inqas livell f’aktar minn tliet xhur, taħt pressjoni tat-tħassib li l-provvista żejda mondjali qed tkun wisq persistenti.

Id-deheb waqa’ taħt il-livell ewlieni ta’ $1,200 kull uqija illum u riesaq lejn l-agħar ġimgħa f’erba’ xhur. Dan ukoll qed ibati minn dollaru b’saħħtu qabel il-ħruġ taċ-ċifri tal-impjiegi fl-Istati Uniti.

Il-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla se tkun ikkaratterizzata minn bosta aħbarijiet importanti fosthom l-inflazzjoni fil-Ġermanja u Franza, l-istħarriġ miż-ŻEW, il-bidla fil-qgħad fir-Renju Unit u bosta oħrajn.

Fil-15 ta Marzu jiltaqa’ l-Federal Reserve fejn ikunu diskussa r-rati tal-interessi bażi. Hemm probabbiltà kbira li l-Federal Reserve se jżid ir-rati. Dan l-indikatur ekonomiku se jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta investituri u jista’ joħloq ħafna volatilità l-ġimgħa d-dieħla.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar