Barranin
L-aħbar dwar Brexit tagħti spinta lill-Isterlina

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Kontra grupp ta’ sitt muniti ewlenin rivali, id-Dollaru tilef 0.2%.

L-indiċi żdied bi tliet kwarti perċentwali fis-sessjoni preċedenti wara li tbaxxa għal aktar mill-inqas livell f’sitt ġimgħat wara li l-Federal Reserve qal li abbanduna l-pjani biex iżid ir-rati ta’ interessi din is-sena.

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea taw lil May ġimagħtejn ċans, sat-12 ta’ April qabel mal-pajjiż jista’ joħroġ bla ftehim jekk il-Parlament il-ġimgħa d-dieħla ma japprovax il-pjan tagħha għat-tielet darba. Jekk hija tirbaħ il-vot, May ikollha xahrejn oħra sat-22 ta’ Mejju.

L-Isterlina żdiedet kwart perċentwali għal $1.3140. Matul il-lejl tilfet bil-bosta meta tbaxxiet għal $1.3004.

L-ishma Taljani għalqu 0.2% ogħla u l-manifatturi taċ-chips tal-kompjuter kienu mgħejuna minn prospetti tajbin mill-Micron Technology tal-Istati Uniti. Infineon żdiedu b’aktar minn 1% waqt li STMicro wrew żieda ta’ 4.4%.

Xi analisti taw importanza lit-tama offruta lis-swieq finanzjarji kemm mill-Federal Reserve kif ukoll mill-Bank Centrali Ewropej li waqqfu l-issikkar tal-politika monetarja.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron wissa’ lill-Prim Ministru May li r-Renju Unit jista’ jiffaċċa tluq diżordinat mill-Unjoni Ewropea jekk ma jirnexxielhiex tikseb approvazzjoni parlamentari għall-pjan tagħha.

Il-prezz taż-żejt baqa’ taħt l-ogħla livell ta’ din is-sena, sostnut mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u mis-sanzjonijiet Amnerikani kontra l-Iran u l-Veneżwela.
Analisti qalu li t-tħassib li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jista’ malajr jolqot ħażin il-konsum tal-fjuwil qed jfixkel lill-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum milli jogħlew aktar.

Il-prezz bil-quddiem tal-Brent żdied b’6 cent għal $67.92. Ilbierah il-prezz laħaq it-$68.69, l-ogħla f’erba’ xhur.

Il-United States West Texas Intermediate żdied 5 cents għal $60.04.Fis-sessjoni ta’ qabel laħaq l-ogħla tal-2019 – $60.39.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar