L-aħbar tal-vaċċin taffettwa tajjeb lid-dollaru u l-isterlina

Id-Dollaru Amerikan żdied hekk kif l-ottimiżmu dwar il-vaċċin potenzjali kontra l-Coronavirus kien imtaffi minn tħassib dwar kif il-vaċċin ser jitqassam u ż-żieda qawwija fl-infezzjonijiet fl-Istati Uniti.

Id-dollaru ta’ New Zealand żdied għall-ogħla livell f’sena u nofs hekk kif l-investituri naqqsu t-tamiet li l-bank ċentrali ser iħabbar rati ta’ interessi negattivi. Muniti riskjużi oħra, bħal Krona Norveġiża u d-Dollaru Awstraljan, tilfu ukoll kontra d-dollaru Amerikan, meqjus bħala munita sigura.

L-Isterlina laħqet l-ogħla rata f’aktar minn xahrejn kontra l-ewro għax l-investituri huma ottimisti li l-vaċċin kontra l-kontra l-virus ser jipprovdi għajn ta’ tama għall-ekonomija Ingliża u saru aktar ottimisti dwar ftehim dwar Brexit.

L-ewro tilef kontra l-muniti maġġuri b’telf inqas kontra d-dollaru.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu ogħla għax is-sinjali dwar il-vaċċin potenzjali qawwew it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku aktar mgħaġġel milli mistenni, bl-ishma tat-teknoloġija jirkupraw wara telf qawwi l-ġimgħa li għaddiet.

L-ishma fl-Ewropa żdiedu għat-tielet sessjoni in fila minħabba li l-ottimiżmu dwar il-vaċċin ibbilanċja t-tħassib dwar il-ħsara ekonomika miż-żieda fl-infezzjonijiet mdwar il-kontinent.

Ir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji għat-tielet kwart tas-sena kienu ferm aħjar milli kienu mistennija b’madwar 68% tal-kumpaniji ikkwotati fuq l-iSTOXX 600 li rrapportaw s’issa għelbu t-tbassir. Sadattant il-FTSE 100 żdied 1% waqt li l-Topix żdied 1.66% f’jum karatterizzat minn sentimenti pożittivi. L-indiċi lokali żdied 0.35%.

Ishma

Fis-settur lokali, l-ishma tal-RS2 Software kien l-uniku sehem li żdied, bi kważi 4%,  waqt li t-Tigne Point kien l-uniku li tbaxxa b’5½. I-Bank of Valletta, il-GO, il-Malta International Auirlines u l-Malta Properties Compabny kienu negozjati mingħajr moviment fil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali b’mod ġenerali kienu pożittivi bil-Virtu javvazaw ftit aktar minn 1%.  L-IHI paper gained 0.59%.  Il-bonds li kienu negozjati b’żieda pożittiva żgħira kienu dawk tal-Bank of Valletta, l-SD Finance u u l-Internationan Hotel Investments li jimmaturaw fl-2026. il-bonds tal-Eden Finance 2027 tilfu kważi 2%.

Il-prezz tal-Brent żdied għall-ogħla livell f’aktar minn xahrejn u nofs għal aktar minn $45 kull barmil minħabba tamiet dwar il-vaċċin u wara rapport li juri li l-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti tbaxxew aktar milli mistenni. Id-deheb u l-fidda kienu qed jitilfu wara nofsinhar.