L-aħħar ġimgħa tal-2018 tista’ tkun imqallba għall-investituri

L-aħħar ġimgħa tal-2018 tista’ tkun waħda mqallba għall-investituri hekk kif in-negozju baxx jingħaqad ma’ pressjonijidet li qed jikbru fis-swieq. L-investituri kienu fost l-ewwel li wieġbu għall-għeluq parzjali tad-dipartimenti tal-Gvern Amerikan u għar-rapport li l-President Trump iddiskuta li jkeċċi liċ-Ċerman tal-Federal Reserve, Jeremy Powell.

L-Ewro kien qed jiġi nnegozjat b’rata ogħla mal-muniti ewlenin bl-akbar idiet reġistrati kontra l-Frank Żvizzeru u d-Dollaru Amerikan. L-Isterlina wkoll żdiedet kontra dollaru aktar dgħajjef b’negozju baxx fil-bidu ta’ ġimgħa mqassra. Ilbierah kien irrapportat li l-alleati tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed jħejju pjani li jżommuha fil-kariga għal aktar minn sentejn wara Brexit.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti  żdiedu u d-Dollaru tbxxa fin-negozju fqir wara li s-Segretarju tat-Teżor Steven Mnuchin appella lill-uffiċjali għolja mis-sitt l-akbar banek fil-pajjiż biex jiddiskutu l-liwkdità. Il-prezzijiet bil-quddiem fid-Dow Jones żdiedu wara kalmezza li segwiet lill-indiċi Topix tal-Ġappun.  Mnuchin ipprova wkoll jassigura lis-swieq finanzjarji li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve mhux ser jitkeċċa wara rapport qabel li Trump kien qed jikkunsidra t-tkeċċija tiegħu.

Il-FTSE 100 tbaxxa flimkien mal-iSTOXX 50 b’nofs punt perċentwali. Il-CAC 40 tilef 1% waqt li it-Topix tilef kważi 2%. Id-DAX wera żieda ta’ 0.2%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa lejn il-$45 kull barmil hekk kif provvisti dejjem jogħlew mill-Istati Uniti u l-ekonomija globali pattew għal sinjali mill-OPEC li hija tista’ testendi jew anke tkabbar it-tnaqqis fil-produzzjoni. Il-waqgħa imqabbla mal-prezz tal-Ġimgħa kienet ta’ 0.39%. Il-Brent tbaxxa wkoll b’0.17%.

Il-prezz tad-deheb kien riesaq lejn l-ogħla prezz f’sitt ġimgħat hekk kif tħarbita fl-ishma u l-għeluq parzjali tal-gvern Amerikan u t-tħassib ekonomiku mondjali kabbar id-domanda għal assi siguri.

Il-prezzijiet tal-fidda għolew 0.29% wara xejra soda  fis-swieq.

Aħbarijiet Oħra

Id-dollaru ddgħajjef kontra r-rivali tiegħu llum, u riesaq lejn l-aktar rata baxxa tal-aħħar tliet xhur qabel laqgħa tal-bank ċentrali bl-istennija tikber li l-Federal Reserve ser jagħti sinjal għall-ewwel tnaqqis fir-rata…

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’…

Aktar