Barranin
L-akbar żieda fil-volatilità tal-ishma Ewropej mill-attakki 9/11

Muniti

L-isterlina reġgħet qabdet in-niżla, u tbaxxiet għall-inqas livell f’ġimagħtejn kontra dollaru ferm aktar b’saħħtu, anke jekk l-investituri jibqgħu attenti li ma jbaxxux il-prezz ħafna qabel ma jiltaqa’ l-Bank of England din il-ġimgħa.

Is-swieq tal-kambji kienu relattivament kalmi mqabbla mas-swieq tal-ishma li qed ibatu għar-raba’ jum ta’ telf, bil-FTSE tal-Ingilterra jitlef kważi 2% u aktar baxx għas-sitt jum wara l-ieħor. Iżda bid-dollaru jirkupra mit-tnaqqis bikri, l-isterlina tilfet 0.6%, u bdiet tkun negozjata inqas minn $1 għall-ewwel darba mit-22 ta’ Jannar. Il-munita Ingliża tbaxxiet madwar 3% minn meta laħqet l-ogħla livell ta’ $1.4346 fil-25 ta’ Jannar u tilfet 2.7% minn nhar il-Ġimgħa li għadda – l-agħar tlett ijiem minn Ottubru 2016.

Kontra l-ewro, l-isterlina tilfet 0.54% għall-inqas rata fi tliet ġimgħat ta’ 89.06 pence. Il-munita nlaqtet ħażin mill-bejgħ qawwi minħabba l-biża’ ta’ riskju u taħt pressjoni mill-istħarriġ ta’ din il-ġimgħa, li wrew kemm hija ħażina l-ekonomija Ingliża u minħabba tensjonijiet ġodda dwar in-negozjati dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

Bejgħ fis-swieq globali kkawża l-akbar żieda fil-volatilità fl-ishma Ewropej mill-attakki tal-11 ta’ Settembru 2011.

Il-VIX, u l-indiċi tal-volatilità tal-ishma, kellhom l-ikbar żieda f’aktar minn sentejn ilbieraħ, hekk kif Wall Street kellha waħda mill-akbar waqgħat fl-istorja. Iż-żieda fil-volatilità ta’ din il-ġimgħa temmet perjodu ta’ sentejn ta’ kalma mhux tas-soltu fis-swieq bl-indiċi VIX jitbaxxa għall-inqas livell minn Novembru. Id-Dow Jones tilef 2.00% mal-ftuħ skont it-telf fl-Ewropa fejn l-indiċi kollha tilfu aktar minn 2%. L-Indiċi Ġappuniż tilef 4%. L-indiċi lokali żamm iż-żidiet li kellu mill-ġurnata ta’ qabel u għalaq xi ftit pożittiv. Id-Dow Jones deher pożittiv bi ftit aktar minn 1 % iżda l-indiċijiet Ewropew ma segwewhx.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ilma kien hemm ċaqliq notevoli. Progress tajjeb sar fil-Mapfre Middlesea u Trident Estates li it-tnejn żdiedu b’4%. Il-PG kellhom żieda ta’ 1.48%. Fin-naħa negattiva kien hemm l-RS2 Software b’7%; il-Medserv fin-nofs ta’ dan. Il-GO u l-Malta Properties Company tilfu qrib it-2%.

Bonds

Il-bonds tal-gvernijiet fiż-żona tal-ewro tilfu hekk kif bejgħ qawwi fis-swieq finanzjarji wasslu lill-investituri biex ifittxu assi siguri. Id-dħul mill-bonds madwar il-blokk naqas bejn 3 u 5 punti bażiku wara li kienu telgħu għall-ogħla livell f’bosta snin minħabba tamiet dwar tkabbir qawwi u żieda fl-inflazzjoni li tinkoraġixxi lill-banek ċentrali biex jgħolli l-interessi.

Lokalment, il-Hal Mann Vella Group żdiedu b’1.18%, segwiti minn SD Finance bi kważi nofs punt perċentwali. Il-mediterranean Investment Holdings u l-Internaitonal Hotel Investments tilfu madwar 0.5%. In-1923 u l-Global Capital tilfu qrib il-1.5%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-bank ċentrali Awstralja kien pożittiv dwar l-ekonomija tal-pajjiż u baqa bir-rata matul l-ewwel laqgħa tal-2018 anke jekk kien hemm tnaqqis fis-swieq internazzjonali.

L-ottimiżmu tar-Reserve Bank of Australia kien sostnut minn statistika ekonomika b’saħħitha fil-ġimgħat li għaddew, mgħejjuna minn bejgħ bl-imnut qawwi fir-raba kwart tas-sena l-oħra li awgura tajjeb għall-konsum mill-familji.

Il-bank żamm ir-rati ta’ 1.5% u ma ikkumentax dwar it-tħarbita fis-swieq internazzjonali li fiha Wall street kellha l-akbar tnaqqis f’ġurnata waħda mill-2001.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa għat-tielet jum, hekk kif il-waqgħa fis-swieq wassal għal telf fil-bonds, muniti elettroniċi u prodotti essenzjali, għalkemm il-prezz taż-żejt mhux maħdum kien f’territorju pożittiv sa issa din is-sena.

Anke bl-ishma f’Wall Street jitbaxxew u l-volatilita telgħet għal-oghla livfell f’bosta snin, li juri in-nervożismu tal-imnvestitur, iż-żejt ma sofriex bl-istess mod.
Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew. Minħabba dollaru aktar b’saħħtu u hekk kif xi investituri gew issikati bit-telf fil-prezz tal-ishma u għalhekk helsu minn deheb investit għat-tul.

Id-dollaru laħaq l-ogħla livell f’aktar minn ġimgħa hekk kif is-swieq internazzjonali tal-ishma estendew it-telf għar-raba’ jum. Dollaru aktar b’saħħtu jżid il-prezz tal-prodotti ipprezzati bil-munita Amerikana għall-konsumaturi li jixtru b’muniti oħrajn.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.4% għal $1.334.81 kull uqija u b’hekk tilef iż-żieda ta’ 0.5% tal-bieraħ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar