Barranin
L-analisti jemmnu li Joe Biden ser idgħajjef lid-dollaru

Is-swieq tal-kambju barrani bdew jikkunsidraw rebħa għal kandidat presidenżjali demokratiku Joe Biden kontra l-President Trump minkejja twissijiet li tilwimiet possibbli wara l-elezzjoni jistgħu jwasslu għal ġimgħat ta’ volatilità tad-dollaru.

L-analisti jemmnu li Biden ser idgħajjef lid-dollaru għax huwa mistenni li jonfoq ħafna fuq stimulu finanzjarju u li jkollu approċċ aktar liberu dwar il-kummerċ, u b’hekk jissaħħu muniti oħra għad-detriment tad-dollaru.

L-analisti, madankollu wissew li l-inċertezza kienet kbira ħafna dwar ir-riżultat tal-elezzjoni u wieħed jidħol għal investiment jista jkun prematur.

In-negozju fl-Isterlina kien kalma kemm kontra d-dollaru kif ukoll kontra l-ewro bl-investituri jmorru għas-swieq tad-derivattivi biex jiksbu protezzjoni kotnra mossi f’termini qosra mhux mistnnija fil-munita.

Indiċi

L-ishma Ewropej estendew l-irkupru tagħhom bl-investituri jwarrbu l-biża dwar il-koronavirus għalissa, għax l-attenzjoni marret fuq l-elezzjoni Amerikana. Setturi sensittivi għat-tkabbir ekonomiku, bħal gass u ż-żejt, il-minjieri, il-banek u l-manifatturi tal-karozzi li kollha żdiedu b’aktar minn 2%. L-indiċijiet fl-Istati Uniti u fl-Asja kienu wkoll pożittivi. L-indiċi lokali tilef bi ftit, 0.17%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, ebda sehem ma kien pożittiv u xi ishma kienu negozjati bla movement. Il-bidliet kienu biss fil-BMIT Technolgies, l-PG, l-HSBC u l-Malta Properties. Telf żgħir kien rrapurtat fl-ewwel tnejn, iżda l-HSBC u l-Malta Properties tilfu bnejn 1% u 2%, bidliet kbar iżda xejn barra mill-ordinarju.

Bonds

Is-sessjoni tal-bonds kienet imħalta bil-Medserv u l-MIDI jiżdied 2% kull wieħed. Id-Dizz finance żdiedu 0.62%..  F’territorju negattiv kien hemm il-Mediterranean Maritime, l-International Hotel Investments u l-Hili Finance. L-International Hotel Investments 2026 tilfu ftit aktar minn 2%.

Il-prezzijiet taż-żejt estendew l-irkupru tagħhom f’jum l-elezzjoni Amerikana b’żieda ta’ 3% hekk kif is-swieq finanzjarji kellhom irkupru wiesa, iżda t-tħassib dwar iż-żidiet fil-każi tal-koronavirus madwar id-dinja illimitaw aktar żidiet.