Barranin
L-approvazzjoni sħiħa tal-vaċċin għall-Covid mill-Istati Uniti xprunat lil Wall Street għal-livelli għolja rekord

Muniti

Id-dollaru llum kien stabbli qrib l-inqas rata f’ħamest ijiem tas-sessjoni ta’ qabel hekk kif is-swieq dehru inqas imħassba dwar il-firxa tal-varjant Delta, waqt li muniti relatati ma’ riskju bbenefikaw minn prezzijiet li qed jogħlew tal-prodotti essenzjali.

Indiċi

L-ishma Ewropej estendew iż-żidiet tagħhom wara li l-approvazzjoni sħiħa mill-Istati Uniti tal-vaċċin kontra l-Covid xprunat lil Wall Street għal-livelli għolja rekord, waqt li data wriet irkupru ekonomiku aktar b’saħħtu milli mistenni fil-Ġermanja.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street fetħu ogħla llum hekk kif l-approvazzjoni sħiħa tal-vaċċin saħħet l-ishma tal-enerġija u kumpaniji relatati mal-ivvjaġġar, waqt li żidiet fl-ishma tat-teknoloġija għenu lin-Nasdaq jilħaq livell għoli rekord.

Ishma

Fis-sessjoni tal-lum tal-ishma lokali, is-sentiment kien pożittiv bil-movimenti l-kbar f’territorju pożittiv.

Il-Malita Investments kienu fuq quddiem tat-telf b’1.20%, segwiti minn Bank of Valletta li tbaxxew b’0.56%. L-RS2 Software avvanzaw 1.14% segwiti minn Harvest Technology b’1.35%, u kemm il-BMIT Technologies u l-Malta International Airport żdiedu 3.33%.

Bonds

Il-movimenti ewlenin tas-settur tal-bonds lokali kienu negattiv bil-MIDI 2026 jitilfu 3.74%. L-International Hotel Investments 2026 tilfu 1.23%, segwiti minn Hili Finance Company 2028 b’0.93%. Kemm l-International Hotel Investments 2023 I l-International Hotel Investments 2025 tilfu 0.39%.

Il-Mercury Projects Finance 2027 żdiedu 0.97% u l-Malta Investments Holding 2023 marru l-aħjar b’1.49%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum għolew u estendew iż-żidiet qawwija minħabba domanda qawwija, għax il-Messiku sofra waqfien kbir fil-produzzjoni u r-regolaturi fl-Istati Uniti ħarġu l-ewwel approvazzjoni sħiħa tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

Il-prezzijiet tad-deheb kienu stabbli ‘l fuq minn $1,800, mgħejjuna minn spekulazzjoni li żieda fil-każi tal-coronavirus tista’ twassal sabiex il-Federal Reserve jipposponu t-tnaqqis fl-istimulu monetarju.