Lokali
L-APS jikkollabora ma’ Aġenzija Żgħażagħ għal aktar opportunitajiet ta’ studju

Il-bank APS ġedded l-isħubija tiegħu ma’ Aġenzija Żgħażagħ; b’aktar opportunitajiet ta’ studju

Il-bank APS qed jikkollabora ma’ Aġenzija Żgħażagħ biex iġib miegħu aktar opportunitajiet fl-ispeċjalizzazzjonijiet fil-karrieri għall-istudenti bejn it-18 u t-30 sena.

L-iskema Youth Specialisation Studies, li ilha fis-seħħ mill-1994, kienet strumentali biex tgħin liż-żgħażagħ Maltin fl-istudji tagħhom barra minn xtutna.

Dawk li jixtiequ karriera fis-saħħa u l-bioteknoloġija, fil-produzzjoni ta’ logħob diġitali, studji veterinarji, l-agrikoltura, l-istudji marittimi, l-isports u diversi oqsma oħrajn jistgħu jiffinanzjaw l-istudji tagħhom sa  €30,000  b’rata ta’ imgħax issussidjata.

L-iskema tippermetti wkoll lill-istudenti li jagħmlu suċċess, travel insurance b’xejn, VISA Debit Card b’xejn u vantaġġi oħrajn.

Min hu interessat, jista’ japplika għall-YSSS billi jżur http://www.agenzijazghazagh.gov.mt sal-12:00 tal-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju, 2018.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Lokali

Il-B2B Expo Malta, organizzata mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, se jkollha parteċipazzjoni mill-kelliema internazzjonali Sir Clive Woodward, il-Coach Prinċipali li mexxa t-team tar-rugby tal-Ingilterra biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2003; Sahar…

Lokali

Il-Lombard Bank is-sena li għaddiet żied il-qligħ tiegħu għal seba miljuni u nofs qabel it-taxxa, żieda ta’ kważi miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel. Ir-riżultati tal-bank tħabbru fil-laqgħa ġenerali annwali…

Lokali

Id-dollaru llum laħaq l-ogħa rata f’erba’ xhur wara li żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan li tela’ il fuq minn 3% ħarbat lill-invesituri moderati u wasslet biex investituri jikkunsidraw jekk id-dollaru…

Aktar