Barranin
L-arresti fl-Arabja Sawdija jaffettwaw il-prezz taż-żejt

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum tbaxxa għax l-investituri saħħew il-fehma tagħhom li l-politika monetarja ser tibqa’ differenti bejn l-Istati Uniti u ż-żona tal-ewro, għalkemm statistika ekonomika tajba ħafna din il-ġimgħa żammew lill-munita unika fil-firxa riċenti tan-negozju.

L-Isterlina żammet soda kontra d-Dollaru illum, u b’hekk estendiet iż-żidiet mill-bieraħ wara tnaqqis drammatiku l-ġimgħa li għaddiet, hekk kif round ieħor ippjanat ta’ negozjati dwar il-Brexit ta spinta kawta lill-ottimiżmu tal-investitur.

Indiċijiet

Id-Dow Jones illum laħaq livell għoli rekord fil-ftuħ tal-lum, hekk kif qed jagħlaq l-istaġun ta’ rapporti mill-kumpaniji u l-istennija tal-investituri ntefgħet lejn it-tnaqqis mistennija fit-taxxi tal-kumpaniji. Min-naħa l-oħra, il-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u d-DAX tilfu 0.22%, 0.19% u 0.04% rispettivament.

Ishma Lokali

Il-Bank of Valletta illum għamel żidiet kbar u kellu żieda ta’ 5.62% għal €1.88. L-RS2 Software ukoll kienu f’territorju pożittiv. Il-Malita Investments, il-Mapfre Investments, il-Mapfre Middlesea u l-HSBC Bank Malta tilfu by 0.13%, 0.52% u 0.53% rispettivament.

Bond lokali

Is-suq tal-bonds lokali kien attiv mhux ħażin. Il-Mediterranean Bank 2022/27 kien fuq quddiem b’żieda ta’ 1.46%. Il-movimenti l-oħrajn kienu minimi.

Economic indicators

L-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat qal li l-bejgħ bl-imnut fir-reġjun żdied b’0.7% minn xahar għal xahar u 3.7% minn sena għal sena. Iċ-ċifri qabżu t-tnaqqis ta’ 0.7% fil-bejgħ tal-fjuwil tal-karozzi f’xahar. Id-dejta tindika li l-ekonomija taż-żona qed tirpilja fost domanda domestika qawwija. L-ekonomisti kienu qed jistennew tnaqqis fit-titjib inġenerali.

Il-Eurostat attribwixxa ż-żieda f’Settembru  għal żieda ta’ 0.5% fi prodotti mhux tal-ikel, li jinkludu ħwejjeġ, għamara u prodotti elettriċi u avvanz ta’ 1.3% fl-ikel, xorb u tabakk.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt llum tbaxxa, wara li fis-sessjoni ta’ qabel kellu l-ikbar żieda f’sitt ġimgħat, waqt li kibret it-tensjoni bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran, hekk kif il-Prinċep Eredi Sawdi saħħaħ il-poter tiegħu.

Id-deheb tilef illum hekk kif l-investituri ħadu l-profitti wara  l-ikbar żieda f’sitt ġimgħat, li ġrat wara li sensiela ta’ arresti ta’ persuni importanti fl-Arabja Sawdija żiedu l-prezz taż-żejt għall-ogħla f’sentejn u nofs waqt li tbaxxew id-dollaru u d-dħul mill-bonds tal-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru gawda minn irkupru żgħir hekk kif l-investituri xtrawh wara l-akbar waqgħa tiegħu fi tliet snin u nofs, għalkemm analisti qalu li kull irkupru għandu jkun qasir għax għandhom jaħdmu…

Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Aktar