Lokali
L-aspettattivi ta’ rkupru ekonomiku mill-pandemija jitfgħu pressjoni fuq il-muniti u fuq id-deheb

Muniti

L-ewro ftit li xejn ċċaqlaq kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin. Kontra d-dollaru, l-ewro kien qed jiżdied bi ftit aktar minn 0.2%, bla moviment kontra l-Isterlina u tilef 0.31% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Il-Krona Żvediża żdiedet kontra d-dollaru u l-ewro wara li l-bank ċentrali ma bidilx ir-rata tal-interessi u żamm ukoll il-miżuri ta’ stimulu biex isostni l-ekonomija milquta mill-koronavirus. Il-munita Żvediża kellha l-akbar moviment illum bl-investituri jitfgħu l-attenzjoni tagħhom lejn il-laqgħat aktar tard din il-ġimgħa dwar il-politika monetarja mill-Federal Reserve tal-Istati uniti u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew kellu inqas lok fejn jimmanuvra fuq ir-rati u ħabbar programm enormi ta’ xiri ta’ bonds. Madankollu, l-argumenti u l-indeċiżjoni dwar il-pakkett ta’ għajnuna għaż-żona ewro ġiegħlu lil xi wħud fis-swieq finanzjarji jistennew azzjoni aktar qawwija, forsi anke sa nhar il-Ħamis. Dan wassal biex l-ewro jibqa’ lura minħabba li aspettattivi ta’ rkupru ekonomiku mill-pandemija tefgħu pressjoni fuq d-dollaru Amerikan u ġab żieda f’muniti aktar riskjużi  bħad-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ishma dinjin telgħu għall-ogħla livell fi kważi sitt ġimgħat illum hekk kif pjani dwar illaxkar tal-lockdowns f’diversi pajjiżi ewlenin għenu sabiex jibbilanċjaw aktar koas fis-swieq taż-żejt u twissija ta’ kreditu ħażin li qed jikber fl-HSBC u Santander.

L-ishma Ewropej baqgħu qrib l-ogħla prezzijiet f’ġimagħtejn illum. Huma rkupraw aktar minn 25% mill-inqas livelli f’nofs Marzu, wara miżuri bla preċedent mill-banek ċentrali ewlenin u gvernijiet biex isostnu l-ekonomija globali u, aktar riċenti, minħabba sinjali li bosta pajjiżi qed jippjanaw li jiftħu mill-ġdid l-ekonomiji.

Wall Street kien riesaq lejn ftuħ ogħla wara rawnd ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji taw sinjali tajba lill-investituri minn Pfizer u mill-kumpanija 3M li tagħmel il-maskri respiratorji minħabba tama ta’ ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija.

Shares

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 3.23% segwiti mill-Malta International Airport li tbaxxew bi kważi 1%. Kien hemm tnaqqis ukoll ta’ 0.47% fil-prezz tal-Bank of Valletta.

F’territorju pożittiv kien hemm il-PG b’0.54%, l-RS2 Software b’0.97%, il-Malita Investments bi 2.35% u Simonds Farsons Cisk marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.47%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, Dizz Finance 2026 u Hili Finance Company 2029 it-tnejn tilfu 1.04%.

Fuq in-naħa pożittiva kien hemm il-Hili Properties2025 b’1%, il-MeDirect Bank (Malta)  2024-2029 b’1.01%, is-Central Business Centres  2027 b’1.43%, Simonds Farsons Cisk  2027 bi 2.88% u l-Mediterranean Investments Holding 2022 marru l-aħjar b’żieda ta’ kważi 6%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt llum kienu mħalta bil-Brent jonqos iżda irkupra t-telf tiegħu u kien qed jiġi innegozjat b’żieda ta’ aktar 4% iżda il-United States West Texas Intermediate wara nofsinhar kien qed jitlef aktar minn 2.5%.

Analisti qalu li parti mit-telf tal-West Texas Intermediate kien minħabba li strumenti ta’ investment bħala funds biegħu l-provvista ta’ Ġunju u xtraw bix-xhur aktar il-quddiem biex jevitaw telf qawwi bħal tal-ġimgħa l-oħra, fejn il-West Texax Intermediate tbaxxa taħt iż-żero.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu għat-tielet sessjoni infila hekk kif l-ottimiżmu dwar l-illaxkar ta’ restrizzjonijiet dwar il-coronavirus wasslu biex investituri jmorru għal assi aktar riskjużi, għalkemm il-biża ta’ riċessjoni globali llimitat it-telf fil-prezz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar