Barranin
L-attenzjoni tal-investituri l-ġimgħa d-dieħla fuq il-Bank Ċentrali Ewropew

Leġiżlazzjoni maħsuba biex tiskansa għeluq imminenti tal-uffiċċji federali fl-Istati Uniti iltaqgħet ma’ ostakli fis-Senat Amerikan tard ilbieraħ minkejja li ftit sigħat qabel il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet approvat l-abbozz ta’ liġi dwar il-finanzjarjament għal żmien xahar. Mingħajr fondi ġodda, anke jekk temporanji, għadd ta’ aġenziji madwar l–Istati Uniti ser ikollhom jagħlqu l-lejla meta l-fondi eżistenti jispiċċaw.

Diskussjoni taħraq tqanqlet fis-Senat ftit wara l-approvazzjoni mill-Kamra tar-Rappreżentanti u din mistennija tkompli llum. Dan qanqal spekulazzjoni li jew Washinton ikollu jagħlaq jew il-Kungress jgħaddi abbozz ta’ nefqa żgħira – possibilment mhux għal aktar minn ftit jiem – sabiex ikun hemm lok għal negozjati bejn il-leġiżlaturi.

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn il-ħames ġimgħa ta’ tnaqqis li allura ikun l-akbar perjodu bħal dan minn Mejju 2015. Il-munita Amerikan tbaxxiet ghall-inqas rata minn Diċembru 2014 matul din il-ġiomgħa, bl-investituri jbiegħuha għax jaħsbu li banek ċentrali oħrajn ser jingħaqdu mal-Federal Reserve u jżidu r-rati tal-interess baxxi li kienu daħlu biex tkun miġġielda l-kriżi finanzjarja dinjija tal-2008 u r-riċessjonijiet ta’ wara.

L-indiċi tad-dollaru baqa’ qrib dan illum b’biża’ ta’ possibiltà ta’ għeluq tad-dipartiment tal-Gvern. L-indiċi llumkien 0.3% f’90.243 DXY, ftit il fuq mid-90.113 tal-bieraħ. L-indiċi tilef madwar 2% sa issa din is-sena.

Il-Gvern Ġappuniż tejjeb l-evalwazzjoni tiegħu tal-ekonomija f’Jannar għall-ewwel darba f’seba’ xhur minħabba żieda finnefqa tal-konsumatur, sinjal inkorraġjanti li l-inflazzjoni tista’ tibda togħla din is-sena. L-Uffiċċju tal-Kabinett fir-rapport ta’ kull xahar qal li l-ekonomija qegħda tirkupra gradwalment. Dan jimmarka titjib fuq Diċembru meta r-rapport kien qal li l-ekonomija tinsab fit-triq ta’ rkupru. Il-Gvern tejjeb ukoll l-evalwazzjoni tal-infiq mill-konsumtur għall-ewwel darba wara l-bejgħ bl-imnut, in-nefqa tal-familja u xiri ta’ karozzi ġodda żiedu l-ispinta tiegħu lejn tmiem l-2017.

Il-prezzijiet taż-żejt llum tbaxxew u resqin lejn l-ikbar telf f’ġimgħa minn Ottubru, għax żieda fil-produzzjoni mill-Istati Uniti kienet ikbar mit-tnaqqis li qed isir fil-ħażniet taż-żejt mhux maħdum. Il-prezzijiet bil-quddiem kienu $68.70 kull barmil, 61 cent inqas mill-aħħar għeluq tan-netgozju. Nhar it-Tnejn, huma kienu laħqu l-ogħla livell minn Diċembru 2014, jiġifieri $70.37.

Żdiedu l-prezzijiet tad-deheb, sostnuti minn dollaru aktar dgħajjef, fosthom tħassib ta’ possibilità ta’ għeluq tad-dipartiment tal-Gvern, iżda d-deheb xorta riesaq lejn l-ewwel tnaqqis f’ġimġħa f’sitt ġimgħat. Il-prezz spot żdied b’0.4% għal $1.332 kull uqija. Ilbieraħ, il-prezz laħaq l-inqas prezz minn Jannar meta laħaq l-$1,323.70. Il-prezz spot naqas b’0.5% sa issa din il-ġimgħa l-agħar ġimgħa minn kmien f’Diċembru.

L-attenzjoni tal-investituri l-ġimgħa d-dieħla ser tkun fuq id-direzzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew wara li din il-ġimgħa intqal li ser ikun hemm aktar issikkar tal-illaxkar monetarju. Dan ikun fil-25 ta’ Jannar meta l-President tal-Bank Mario Draghi jagħti l-aħbar.
L-inflazzjoni fil-Kanada mistennija titħabbar fis-26 ta’ Jannar u fl-istess jum joħorġu ċ-ċifri tal-Prodott Domestiku Gross tar-Renju Unit li bħalissa huwa 1.7%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-irkupru tad-Dollaru llum waqaf hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor tbaxxa wara żieda qawwija fil-munita minħabba t-tnaqqis tat-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isterlina ssaħħet kontra l-Ewro ġeneralment aktar b’saħħtu…

Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Aktar