Lokali
L-AX The Palace bl-unur bħala l-aqwa lukanda għall-vjaġġatur li jsiefer fuq xogħol u negozju

AX The Palace, il-lukanda ta’ 5 stilel f’Tas-Sliema, kienet ivvutata bħala l-aqwa lukanda għan-negozju f’Malta għall-2019 waqt is-26 World Travel Awards annwali li saru dan l-aħħar f’Madeira fil-Portugall.

AX The Palace rebħet dan il-premju prestiġjuż għat-tieni darba fi żmien tliet snin wara li kienet rebħitu diġà fl-2017. Din is-sena l-lukanda f’Tas-Sliema kienet nominata għall-unur flimkien ma’ erba’ lukandi ewlenin f’Malta.

Il-World Travel Awards isiru kull sena fejn dawn jagħrfu, jippremjaw u jiċċelebraw l-eċċellenza fis-setturi kollha prinċipali fl-industriji tal-ivvjaġġjar, it-turiżmu u l-ospitalità. L-isem tal-World Travel Award hu rikonoxxut fid-dinja kollha bħala l-aktar punt ta’ eċċellenza
fl-industrja. Għalhekk, it-tim maniġerjali tal-AX The Palace huma kburin b’dan l-unur mogħti miksub għat-tieni darba u f’għeluq it-12-il sena ta’ din il-lukanda magħrufa li tħares lejn il-belt ta’ Tas-Sliema u x-xena pittoreska tal-Belt Valletta.

Il-ġurnal The Wall Street Journal sejjaħ dawn l-unuri bħala l-Oscars fl-industrija tal-ivvjaġġar. Ir-rebbieħa jintgħażlu kull sena minn ġurija esperta internazzjonali fl-ospitalità, professjonisti f’dan il-qasam u l-pubbliku ġenerali. Is-Sur Kevin Callus, il-Maniġer Ġenerali tal-AX The Palace, wara li tħabbar dan l-unur importanti, qal li huma tassew sodisfatti għal dan il-premju.

“Ninsabu tassew ferħana li konna fost il-lista tar-rebbieħa f’dan l-avveniment prestiġjuż. Bla dubju li ċ-ċerimonji gala tal-World Travel Award huma meqjusa bħala dati importanti fil-kalendarju tal-industrija li għaliha jattendu persuni li jieħdu deċiżjonijiet kbar f’dan il-qasam kif ukoll ikun hemm midja importanti fil-qasam. Għalhekk ninsabu ferħana immens li l-AX Palace ġie vvutat bħala l-aqwa lukanda għan-negozju f’Malta għall-2019. Id-diretturi tal-AX Hotels u jien nagħrfu li kien bis-saħħa tal-istaff tagħna li għamilna dan is-suċċess sinifikanti. Aħna qed inħarsu ’l quddiem f’dan il-vjaġġ ta’ pożittività,” qal is-Sur Callus.

Il-lukanda AX The Palace toffri kmamar mill-isbaħ. Wara l-faċċata eleganti ta’ din il-lukanda fuq ġewwa ssib stil kontemporanju. Il-post qiegħed f’lok ċentrali, 10 minuti bil-mixi biss bogħod miċ-ċentru tal-belt. Qrib il-lukanda wieħed isib kafetteriji, ristoranti u bars u dan awtomatikament iwassal biex l-AX The Palace issir l-ewwel għażla fost il-vjaġġatur li jkun irid iżewweġ ix-xogħol u n-negozju mad-divertiment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Barranin

Muniti Tnaqqis fir-rata tal-ewro kontra d-dollaru għall-inqas rata f’erba’ xhur qajjem il-prospett tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ waħda mill-fatturi makro-ekonomiċi tad-dinja u potenzjalità ta’ rata mill-ġdid tad-dollaru madwar il-globu. Wara li kienet…

Lokali

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti qabel ma joħroġ ir-rapport ewlieni dwar l-impjiegi. Il-yuan tbaxxa u s-swieq finanzjarji baqgħu fuq ix-xwiek hekk…

Aktar