Barranin
L-ebda tama għas-swieq mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq

Muniti

L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed jistennew gwida mil-laqgħat ta’ tnejn mill-akbar banek ċentrali fid-dinja din il-ġimgħa.

Min-naħa l-oħra, l-Ewro tbaxxa b’0.08% kontra l-Frank Żvizzeru għal 1.1600 Frank, iżda żdied b’0.12% kontra l-Isterlina għal 0.8819 Sterlina u 0.33% kontra l-Yen għar-rata ta’ 130.08 Yen kull Ewro.

Indiċi

L-indiċijiet tal-Boroz kienu b’mod ġenerali f’territorju negattiv bl-iSTOXX 50 jitlef 0.09%, il-FTSE 100 b’0.32% u d-DAX b’0.18%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta naqas b’0.11%.

Ishma lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-RS2 Software u l-HSBC Bank Malta llum urew żieda fil-prezz, bl-RS2 juru 1.75% żieda għal €1.17. Il-GlobalCapital ma kellhom l-ebda bidla u l-International Hotel Investments, il-Bank of Valletta u l-MIDI kienu fost dawk li tilfu fil-prezz b’aktar minn 0.70%.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Global Capital 2021, il-Plaza Centres 2026, il-Mediterranean Investments Holdings 2022 u l-MIDI 2026 kollha wrew żieda bil-Global Capital jiżdiedu b’0.97%.

Il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel Serje) tilfu 0.25%; il-United Finance 2023 tilfu 0.28% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.72% fil-prezz tal-Virtu Ferries.

Il-prezz taż-żejt Brent illum tilef 0.22% bil-metalli prezzjużi jitilfu l-aktar bid-deheb jitlef 0.43% u l-fidda 1.03%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar