L-ekonomija Amerikana ‘fid-direzzjoni t-tajba’

Il-President Obama qal lill-Amerikani li l-ekonomija tal-Istati Uniti miexja “fid-direzzjoni t-tajba”.

Hekk kif il-President għaddej minn fażi negattiva, fejn l-opinjoni pubblika hija kontrih u l-gazzetti qed jattakkawh kontinwament, Obama qal li fl-aħħar tliet snin u nofs, fis-settur privat inħolqu 7,800,000 impjieg. L-industrija tal-karozzi miexja tajjeb u qed tonqos id-dipendenza tal-pajjiż fuq iż-żejt impurtat.

Dwar ir-riforma fis-sistema tas-saħħa, Obama qal li man-nofs miljun ċittadin Amerikan mistennija li jibbenefikaw mir-riformi li jidħlu fis-seħħ fis-sena l-ġdida.