Barranin
L-ekonomija Amerikana sejra aħjar minn ekonomiji ewlenin oħrajn

Id-dollaru riesaq lejn l-aħjar ġimgħa tiegħu f’aktar minn xahrejn wara rkupru fil-prezz tal-ishma fl-Istati Uniti u fil-bonds tat-Teżor u hekk kif l-investituri stennew l-istatistika dwar il-Prodott Domestiku Gross aktar tard illum għal konferma li l-ekonomija Amerikana qed tmur aħjar minn ekonomiji ewlenin oħra.

Ir-rata tal-Isterlina mal-ewro kienet qed tkun negozjata f’firxa dejqa dalgħodu hekk kif is-swieq studjaw l-aħħar tagħrif ekonomiku mill-Bank ĊentraliEwropew. Dalgħodu r-rata kienet virtwalment bla bidla u kull ewro kien jiswa £0.8830.

L-ishma Ewropej tbaxxew lbieraħ hekk kif rapporti finanzjarji fqar dwar in-Nokia u aħbarijiet dwar attentati għal xejn dwar amalgamazzjoni ta’ kumpaniji komplew iżidu mas-sentiment baxxa minħabba żieda fil-biża’ ta’ tnaqqis fir-ritmu ta’ tkabbir globali.

L-indiċijiet ewlenin tal-ishma fl-Istati Uniti għalqu mħallta hekk kif ir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji qajmu rkupru fil-kumpaniji tat-tekonoloġija ewlenin u baxxew il-prezz tal-kumpaniji industrijali. Id-dollaru estenda ż-żidiet għall-ogħla livell rata f’erba’ xhur.

L-ishma fl-Asja llum kienu resqin lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn xahar, waqt li d-dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’sentejn minħabba spekulazzjoni li l-istatistika li ħierġa aktar tard mill-Istati Uniti ser turi l-avvanz fl-ekonomija Amerikan mal-bqija tad-dinja żviluppata.

Ħjiel minn swieq finanzjarji oħra kienu mħallta fin-negozju bikri. L-iSTOXX 50 u l-FTSE żiedu 0.1% kull wieħed waqt li ftit kien hemm bidla fid-DAX. L-S&P 500 tilfu 0.1%.

Minkejja r-rendiment mill-agħar ta’ din il-ġimgħa, l-ishma fl-Asja kellhom irkupru qawwi wara l-bejgħ qawwi fi tmien l—2018 u din is-sena diġà wrew żieda ta’ 12.5%. Analisti qed jittamaw li ż-żidiet ikomplu bil-banek ċentrali ewlenin qed iħarsu lejn politika monetarja aktar laxka.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba stennija li l-OPEC dalwaqt iżżid il-produzzjoni biex tagħmel tajjeb għal tnaqqis fl-esportazzjoni mill-Iran wara aktar sanzjonijiet mill-Istati Uniti fuq dan il-pajjiż.

Minkejja dan, il-prezzijiet xorta resqin lejn l-aħjar perjodu għal bosta snin, hekk kif is-swieq taż-żejt issikkaw fost tfixkil fil-provvista u tħassib ġeopolitiku li qed jikber, speċjalment dwar it-tensjoni bejn l-Istrati Uniti u l-Iran.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar