Barranin
L-ekonomija Brittanika tiċkien b’rekord ta’ 20.4%

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

L-Isterlina żdiedet kontra d-dollaru riesaq lejn l-ogħla rata f’ħames xhur riċenti, mgħejjuna minn dollaru li qed jitbxxa u tamiet li qed jikbru li ser ikun hemm ftehim kummerċjali għal wara Brexit qabel jagħlaq il-perjodu ta’ tranżizzjoni din is-sena.

Is-swieq finanzjarji warrbu min-nofs l-istatistika dgħajfa ta’ din il-ġimgħa li wriet li l-ekonomija Brittanika kienet fost l-aktar nazzjonijiet li marru ħażin fit-tieni tliet xhur tas-sena bl-analaisti jistennew xi rkupru fix-xhur li ġejjin.

L-ekonomija Brittanika ċkienet b’rekord ta’ 20.4%, sostanzjalment agħar miż-żona ewro bi 12.1% u l-Istati Uniti b’9.5%.

Ishma

L-ishma Awstraljan żdiedu, u kellhom l-akbar avvanz f’ġimgħa fl-aħħar sitt ġimgħat, hekk kif l-kap tal-bank ċentrali Awstraljan appella għal aktar stimulu fiskali biex titqajjem l-ekonomija li qed tiffaċċja l-agħar irċessjoni fi kważi seklu.

Għadd ta’ stħarriġ juru li l-esportazzzjoni Ġappuniżia matul Lulju mistennija turi tnaqqis ta’ aktar minn 10% għall-ħames xahar konsekutti v hekk kif l-pandemija laqtet ħażin lid-domanda globali.

Il-bejgħ bl-imnut fiċ-Ċina tbaxxa matul Lulju, u dan kisser tamiet għal żieda modesta, hekk kif l-konsumaturi fit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja ma warrbux il-kawtela dwar il-coronavirus, u s-settur industrijali qed jitħaba rbiex jaqbad art.

Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż qal li ser iniedi programm pilota dwar munita diġitali f’xi bliet. Kmieni dan ix-xahar, il-midja tal-istat irraportat li l-akbar banek mmexxija mill-Gvern kienu qed jittestjaw internament applikazzjoni diġitali, u b’hekk imxew pass ‘il quddiem għat-tnedija uffiċjali ta’ munita diġitali domestika.

Is-swieq finanzjarji Ewropej fetħu baxxi hekk kif l-investituri qed jeżaminaw it-tħassib dwar it-tieni mewġa ta każi ta’ coronavirus u jistennew iċ-ċifri tal-Prodott Domestiku Gross għat-tieni kwart tas-sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kienu ogħla u resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ żieda fost fiduċja li qed tikber li d-domanda għal fjuwil qed tibda tieħu r-ruħ minkejja l-pandemija li kissret l-ekonomija mdwar id-dinja.

Il-prezzijiet kienu sostnuti din il-ġimgħa minn statistika tal-Gvern Amerikan li turi li l-ħażniet taż-żejt mhux raffinat, tal-fjuwil u tad-distillate tbaxxew il-ġimgħa li għaddiet hekk kif r-raffineriji kabbru l-produzzjoni u tjiebet id-domanda għall-prodotti taż-żejt.