Barranin, Lokali
L-ekonomija fiż-żona ewro tikber iktar milli mistenni

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum żamm mal-inqas rati tal-jum wara li sorsi wrew il-fehma li l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, mhux ser juża d-diskors tiegħu f’Jackson Hole, Wyoming, l-Istati Uniti biex iħabbar xi bidla fil-politika tal-bank.

L-isterlina rkuprat mill-inqas livelli kontra l-ewro f’10 xhur illum wara statistika li wriet li l-pagi qed jogħlew aktar milli kienu mistennija fit-tliet xhur li għalqu f’Ġunju, u b’hekk naqsu d-distakk mal-inflazzjoni.

Indiċijiet

Id-Dow Jones illum fetaħ ogħla, bl-investituri jistennew il-minuti tal-aħħar laqgħa tal-Federal Reserve għal xi ħjiel dwar żidiet futuri fir-rati tal-interessi. L-indiċijiet fl-Ewropa llum żdiedu. Il-FTSE 100 b’0.75%, l-ISTROXX 50 b’0.90% u d-DAX b’0.84%.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali llum, il-Bank of Valletta kien fuq quddiem b’żieda ta’ 2.64% segwiti mill-Malta Properties Company b’1.80%. It-Tignè Mall tilfu 3.23% għal €0.90.

Bonds lokali

Ftit kien hemm moviment fis-suq tal-bonds lokali llum bl-SD Finance 2027 jiżdiedu b’0.46%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-ekonomija fid-19-il pajjiz taż-żona tal-ewro espandiet aktar milli kien imbassar fit-tieni kwart meta mqabbel mal-istess kwart tal-2016. Il-Eurostat qal li ċ-ċifra annwali tal-Prodott Domestiku Gross ġiet riveduta ’l fuq għal 2.2%, imqabbla ma’ 2.1% ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, mgħejjuna minn tamiet li l-inventarji taż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti jonqsu għas-seba’ ġimgħa wara xulxin, għalkemm is-swieq xorta jinsabu mfixkla minn provvista żejda. Il-prezz tad-deheb tbaxxa llum għat-tielet jum infila hekk kif żdied id-dollaru wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u għax naqset it-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa, bin-negozjanti mbezza’ li jgħollu l-prezz qabel ma jagħlaq xi xiri jew bejgħ kbir din il-ġimgħa. Barra minn dan, Ewald Nowotny mill-Bank Ċentrali Ewropew qal li d-dgħufija tal-Ewro…

Barranin

L-Ewro, baqa’ taħt pressjoni minħabba tilwima fil-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż u stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm l-istess rati ta’ interessi sa sewwa l-2019. L-alleati Bavarjani tal-Kanċellier Merkel jistgħu jisfidawha…

Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Aktar