Barranin
L-ekonomija Ingliża ċkienet bl-ikbar marġini mill-1979 hekk kif il-familji naqsu l-infiq tagħhom

Muniti

Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li dan jista’ jipperikola l-irkupru malajr mill-pandemija li bosta investiture qed jittamaw.

L-ewro filgħodu kompla jitlef kontra d-dollaru wara li l-pressjonijiet mill-prezzijiet tbaxxew
madwar iż-żona ewro, li juri l-biża’ li t-tkabbir fil-prezzijiet tal-konsumatur ser jibqa’ batut għal
snin sħaħ.

L-isterlina rtirat kontra dollaru aktar b’saħħtu, hekk kif investituri stennew konferma tal-pjani ta’
infiq mill-gvern biex iqajjem l-ekonomija li ċkienet bl-aktar mod f’40 sena kmieni din is-sena. L-
Isterlina diġà tinsab taħt pressjoni mill-biża’ li r-Renju Unit mhux ser jilħaq ftehim kummerċjali
mal-Unjoni Ewropea sal-iskadenza ta’ tmiem is-sena.

Illum kien l-aħħar jum li fiħ il-gvern Ingliż kellu jitlob estensjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni, iżda rrifjuta li jagħmel dan.

Sadattant l-ekonomija Ingliża ċkienet bl-ikbar marġini mill-1979 fl-ewwel kwart tal-2020 hekk kif
il-familji naqsu l-infiq tagħhom, skont statistika uffiċjali li nkludiet l-ewwel jiem tal-miżuri ta’
għeluq kontra l-pandemija.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu llum, bl-ishma tal-banek u d-ditti tal-enerġija fuq quddiem tat-telf fi tmiem
tliet xhur tajbin, waqt li s-swieq fir-Renju Unit ħadu daqqa minn ċifri tal-Prodott Domestiku Gross li kienu agħar milli mistennija.

L-S & P 500 u d-Dow Jones ftit iċaqilqu fil-ftuħ llum hekk kif it-tħassib dwar il-coronavirus u ż-
żieda fit-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti tefgħu pressjonijiet fuq is-sentiment fi tmiem dak li jkun li
mistenni jkunu l-aħjar tliet xhur mill-1998 ’l hawn.

Ishma

Is-suq lokali tal-ishma llum kien imħallat. L-HSBC Bank Malta kien fuq quddiem fit-tnaqqis b’1.04%. Il-PG waqgħu għal €1.95 kull sehem, tnaqqis ta’ 1.02%. Il-Bank of Valletta għalqu
negattivament bi kważi 1%.

Fin-naħa pożittiva, il-MIDI żdiedu b’4.32%, il-Malta Properties Company b’4.39%, il-GO għalqu
bil-prezz ta’ €3.5 b’żieda ta’ 5.42% waqt li l-aħjar li marru kienu l-ishma tal-Medserv b’żieda ta’
15% għal 60 ċenteżmu kull sehem.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 kienu fuq quddiem tat-telef
b’1.76%. il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 tilfu 0.92%.

Il-MIDI 2026 tilfu 0.78%, il-Hili Finance Company 2029 naqsu 0.51% u l-iStivala Group Finance
2027 għalqu negattivament b’0.49%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-iStivala Group Finance 2029 li żdiedu b’0.49% u l-Bank of
Valletta 2030 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.98%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum fost każi dejjem jiżdiedu tal-coronavirus u l-possibilità ta’ ritorn tal-produzzjoni Libjana, li kienet baxxa ħafna mill-bidu tas-sena.

L-investituri qed jistennew biex jaraw jekk il-Libja tkunx kapaċi li terġa’ tibda l-esportazzjoni, li
kienet kważi mblukkata minn Jannar minħabba l-gwerra ċivili  fil-pajjiż.

L-investituri ser jistennew ukoll għal xi sinjali ta’ rkupru fid-domanda fl-istatistika li kienet
mistennija llum mill-American Petroleum Institute u mill-Gvern Amerikan għada.

Il-prezz tad-deheb baqa’ ogħli fi tmien snin u kien riesaq lejn l-akbar żieda fi tliet xhur f’aktar minn erba’ snin hekk kif żieda fil-każi tal-coronavirus kabbret id-domanda għal assi sikuri.

Madankollu, il-prezz tilef iż-żieda kollha matul waranofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Aktar