Barranin
L-ekonomija Ingliża qed tbati bil-biża’ li qed iġib miegħu l-Brexit

Muniti

L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża li qed tbati minħabba l-biża’ li qed iġib miegħu l-Brexit laqat ukoll ħażin il-munita.

L-isterlina żdiedet minħabba d-dgħufija tad-dollaru. L-isterlina din il-ġimgħa waqgħet għall-inqas rata f’sentejn ta’ $1.2439 qabel ma rkuprat xi telf. Illum hija żdiedet 0.5% kontra d-dollaru.

Indiċi

L-ishma Ewropej kienu mistennija li jirkupraw wara erbat ijiem ta’ telf wara l-kumment ta’ Jerome Powell anke hekk kif kiber l-inkwiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u Franza.

Waqt lil-istatistika tajba dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti waslet biex l-investituri jittamaw aktar għal tnaqqis ta’ 50 punt perċentwali f’Lulju. Fil-fatt huma qed jistennew tnaqqis aktar aggressiv.

Ishma

L-RS2 Software llum żdiedu 4.57% segwiti minn Mapfre Middlesea b’1.80%.

Main Street Complex tilfu 3.94%; il-Malta Properties naqqsu b’1.52%; il-Malta International Airport tbaxxew b;1.41%. Il-BMIT Technologies kellhom tnaqqis ta’ 0.93%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2022 tbaxxew b’1.95% segwiti minn Hili Properties 2025 li tilfu b’1.07%. Il-Medserv 2020/23 tilfu 0.79%.

F’territorju pożittiv kienu l-Bank of Valletta 2026-2031 b’1.25%; l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’0.95%; il-GAP Group 2022 żdiedu 0.99% u l-Bank of Valletta 2020 avvanzaw b’0.90%.

Il-prezzijiet taż-żejt laħqu l-ogħla livell f’sitt ġimgħat illum hekk kif ir-rigs fil-Golf tal-Messiku ġew evakwati qabel tfaqqa’ maltempata, waqt li inċident b’tanker Ingliż fil-Lvant Nofsani wera l-importanza tat-tensjonijiet fir-reġjun. Il-Brent żdied 12 cents għal $67.13 waqt li aktar qabel kien laħaq is-$67.65 l-ogħla mit-30 ta’mejju.

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu għall-ogħla livell f’ġimgħa u estendew iż-żidiet mis-sessjoni ta’ qabel wara l-kummenti taċ-Ċermen tal-Federal Reserve dwar it-tnaqqis fir-rati tal-interessi. Wara, il-prezzijet tilfu xi ftit miż-żieda u kien qed jiġi nnegozjat b’$1,415.69 kull uqij.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar