Barranin
L-ekonomija taċ-Ċina tidher li ħarġet b’saħħitha mill-kriżi tal-pandemija

Muniti

Id-dollaru Awstraljan laħaq l-inqas livell f’ġimagħtejn wara li l-kap tal-bank ċentrali ta ħjiel dwar il-possibiltà ta’ llaxkar fil-politika monetarja, waqt li is-sentiment ta’ riskju kompla jsostni lid-dollaru Amerikan u tefa’ lill-parti l-kbira tal-muniti ewlenin l-oħrajn fuq id-difiża.

L-isterlina, li kienet mgħejuna minn sinjali ta’ progress fit-taħditiet dwar Brexit, tilfet xi ftit miż-żidiet minħabba li reġa’ qam it-tħassib dwar t-taħditiet kummerċjali mal-Ewropa u Londra qed tiffaċċja aktar restrizzjonijiet dwar il-koronavirus. Muniti meqjusa bħala siguri bħad-dollaru u l-yen qed ikunu ppreferuti fuq oħrajn meqjusa riskjużi.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji qed jibżgħu li mewġa ġdida ta’ restrizzjonijiet tista’ twaqqaf l-irkupru globali hekk kif qed jonqsu t-tamiet dwar stimulu fiskali mill-Istati Uniti qabel l-elezzjoni tat-3 ta’ Novembru, u dan wassal għall-bejgħ ta’ assi riskjużi bħala ma huma l-ishma.

L-ishma bankarji tbaxxew mad-dħul mill-bonds, u dan warrab sinjali ta’ żieda fl-akkwisti ta’ kumpaniji wara rapport qal li l-Banco BPM tal-Italja u Credit Agricole ta’ Franza iffirmaw ftehim kunfidenzjali bħala l-ewwel pass lejn taħditiet formali dwar il-possibiltà tas’ għaqda flimkien.

Fir-Renju Unit, in-negozju ex-divided ħalla effett ħażin fuq il-FTSE 100, waqt li l-investituri stennew sinjali ta’ progress fit-taħditiet dwar Brexit bis-samit ta’ jumejn jibqa illejla fi Brussells.

L-indiċi lokali tilef 0.33% bħall-indiċijiet ewlenin.

Shares

Fl-ishma lokali, il-Malita Investments u l-Malta International Airport it-tnejn żdiedu aktar minn 2%, segwiti minn BMIT Technoloġies li żdiedu 1.7%. Żidiet perċentwali iżgħar kienu reġistrati mill-Bank of Valletta li għalqu bil-prezz ta’ €0.85 jew 0.24% ogħla.

It-tnaqqis fl-ishma kien akbar jew l-istess bil-PG jitilfu 1%, l-HSBC tilfu 2% waqt li l-RS2 Software tilfu aktar minn 3 %.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-akbar bidla kienet fil-Hudson Malta 2026 li żdiedu aktar minn 3%. Il- Hili Fżdiedu ftit inqas minn 1%. F’territorju negattiv kien hemm is-6pm Holdings waqt li l-International Hotel Investments, il-Von der Heyden Group u d-Dizz tilfu 1%. It-Tumas Investments 2027 tilfu 1.4%.

Prodotti Essenzjali

In-negozjaturi globali taż-żejt Vitol., Trafigura u Gunvor qalu llum li jaraw irkupru fid-domandal bil-mod minħabba t-tieni mewġa tal-koronavirus bil-prezzijiet jinżlu lejn jew ftit il fuq minn $50 sa Ottubrui 2021. Huma qalu wkoll li d-domanda fl-Ewropa u l-Istati Uniti probabbilment għaddiet mill-ogħla livell tagħha għalkemm qed jaraw domanda qawwija għaż-żejt u oġġetti oħra essenzjali miċ-Ċina li l-ekonomija tagħha tidher li ħarġet b’saħħitha mill-kriżi tal-pandemija.

Kien hemm bejgħ qawwi fil-metalli prezzjużi bil-fidda titlef 2% waqt li d-deheb rreżista t-tnaqqis.