Barranin
L-ekonomija taż-żona tal-ewro tinsab f’boom, iżda mistennija li tnaqqas ftit

Din il-ġimgħa

Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana tista’ tikseb mid-dħul mill-bonds tat-Teżor li qed jogħla.

Waqt li estenda t-telf ta’ matul il-lejl, l-indiċi tad-dollaru kontra grupp ta’ sitt muniti ewlenin tilef madwar 0.4% għal 88.253, l-inqas minn Diċembru 2014. L-indiċi reisaq lejn telf ta’ aktar minn 2% f’ġimgħa, l-akbar tnaqqis tiegħu minn Frar 2016. Il-munita Amerikan batiet minħabba diversi fatturi din is-sena, inklużi t-tħassib li l-Gvern Amerikan jista’ jsegwi strateġija dgħajfa għad-dollaru u l-perċezzjoni li qed jonqos il-valur tagħha waqt li pajjiżi oħrajn bdew inaqqsu l-istimulu monetrju.

Il-kelliem ewlieni tal-Gvern fil-Ġappun qal illum li ċ-ċaqliq riċenti fis-suq monetarju kellu effett wieħed u l-gvern jieħu dawk il-miżuri xierqa jekk ikun meħtieġ. Is-Segretarju Ewlieni tal-Kabinetta, Yoshihide Suga, waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti ma riedx jikkumenta dwar jekk il-miżuri xierqa jinkludux intervent. Il-valutazzjoni skjetta ta’ Suga ngħatat qabel laqgħa regulari tar-rappreżentanti mill-ministeru tal-finanzi, mill-Bank of Japan u r-regulator finanzjarju sabiex jiddiskutu l-aħħar ċaqliq fis-swieq monetarji. Il-yen kompla jiżdied kontra d-dollaru din il-ġimgħa, ħaġa li tista’ tħasseb lil dawk li jifformulaw il-politika monetarja għaliex tista’ tolqot ħażin lill-esportazzjoni u tnaqqas l-inflazzjoni bi prezzijiet inqas tal-importazzjoni.

Il-Bank Ċentrali Ewropew ser itemm il-progress tiegħu ta’ xiri ta’ assi sa tmiem is-sena u mbagħad jistenna sitt xhur qabel iżid ir-rati tal-interessi, skond ekonomisti mistħarrġa mill-aġenzija Reuters li għal darba oħra tejbu t-tbassir tagħhom dwar it-tkabbir ekonomiku din is-sena.

Waqt li l-ekonomija taż-żona tal-ewro tinsab f’boom, hija mistennija li titlef xi ftit minn dak il-momentumn. U l-inflazzjoni mhux mistennija li tilħaq il-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ taħt it-2% sa mill-anqas l-2020. Dan dejjem skond l-istħarriġ fost 80 ekonomista. Il-Bank Ċentrali Ewropew mistenni li jieqaf jixtri 30 Biljun ewro f’bonds kull xahar wara Settembru. Qed issir diskussjoni issa dwar jekk itemmx ix-xiri qabel, anke jekk l-inflazzjoni tibqa’ taħt sewwa il-mira u l-momentum tat-tkabbir mistenni li jonqos.

Ir-Reserve Bank of Australia jistenna li jagħmel progress gradwali fit-tnaqqis tal-qgħad u li jġib l-inflazzjoni fil-mira tiegħu ta’ 2% jew 3%, u dan ifisser li r-rati tal-interessi ser jibqgħu fil-livell baxx rekord għal xi żmien. Il-Bank żamm ir-rati f’1.50% minn Awwissu 2015, hekk kif qed ifittex li jsib bilanċ bejn il-benefiċċji ta’ politika ta’ stimulu u r-riskji assoċjati ma’ dejn fuq id-djar li qed jitla’ sewwa. Dan huwa l-itwal perjodu ta’ rati stabbli minn-nofs is-snin 90 u l-Gvernatur Philip Lowe huwa lest li jkun paċenjuż. Huwa spjega lill-kumitat parlamentari dwar l-ekonomija li x-xenarju ċentrali għall-ekonomija Awstraljana huwa aktar tnaqqis tal-qgħad u żieda fl-inflazzjoni lejn nofs il-mira tal-Bank.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew sodi biex resqin lejn l-akbar perċentwal ta’ żieda f’ġimgħa fi kważi sentejn, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef u jekk kif l-investituri qed jaħsbu biex jipproteġu rwieħhom kontra l-inflazzjoni.

Il-ġimgħa d-dieħla

Matul il-ħimgħa d-dieħla mistennija li joħorġu ċ-ċifri tal-inflazzjoni miż-żona tal-ewro, il-Kanada, il-Ġappun u l-Iżvezja. L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro bħalissa hija ta’ 1.3% u t-tbassir juri li din ser tibqa l-istess. Il-Kanada għandha l-ogħla inflazzjoni b’1.9% waqt li l-pajjiż b-inqas inflazzjoni huwa l-Ġappun fejn hija 0.9% u mistennija li tonqos aktar għal 0.8%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta…

Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Aktar