Barranin
L-esportazzjoni fil-Ġermanja staġnat fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet

Muniti

Bl-esportazzjoni inżammet lura l-attività ekonomika fil-Ġermanja fir-raba’ kwart tal-2019. Dan jikkonferma li l-akbar ekonomija fiż-żona euro kienet diġà qed tistaġna ferm qabel l-imxija tal-coronavirus. L-ewro tilef 0.15% kontra d-dollaru wara din l-aħbar.

Id-dollaru baqa bi ftit moviment fost aspettattivi li l-Federal Reserve jista jbaxxi r-rati tal-interessi din is-sena bil-għan li jnaqqas il-pressjonijiet l-isfel fuq l-ekonomija ikkawżati mill-imxija tal-coronavirus. Id-dollaru għal bidu żdied hekk kif il-virus inxtered madwar id-dinja, bl-investituri jaraw l-assi fl-Istati Uniti bħala investiment sikur. Madankollu, l-investituri issa qed qed jaħsbu li l-Federal Reserve iktar ikun lest li jbaxxi ir-rati għax jibbenefika minn pass bhal dan, l-Isterlina irkuprat hekk kif is-swieq imħassba dwar it-tirid tal-virus sab xi stabbilità u dan inkoraġġixxa lil xi investituri li jibdlu d-dollaru mal-isterlina.

L-investituri fl-isterlina ser ikunu jgħassu għal żviluppi fi Brussels u Londra qabel ma r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jibdew it-taħditiet kummerċjali sabiex itemmu l-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru li ġej.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew wara li kellhom l-agħar telf minn Ġunuu 2016 fis-sessjoni ta’ qabel, bin-negozju għadu dominat minn tħassib li l-virus qed jinfirex aktar barra iċ-Ċina.

L-indiċi lokali żdied qrib iz-0.6%.

Ishma

L-ishma tal-International Hotel Investments zdiedu b’4% illum bil-Malta International Airport isegwu b’1.53% u l-HSBC bi kważi 1%. Il-PG tilfu 1.5%.

Bonds

Il-bonds lokali kien mħaltin illum. Id-Dizz Finance żdiedu b’aktar minn 1% waqt li l-SP Finance u t-Tumas Investments żdiedu madwar 0.5%. F’territorju negattiv kien hemm il-Bank of Valletta, l-International Hotel Investments u l-Merkanti Holdings fir-reġjun bejn 0.5% u l%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żamm il fuq mis-$56 kull barmil wara jumejn ta’ tnaqqis hekk kif tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u telf mill-provvista Libjana ibbilanċjaw it-tħassib dwar il-virus.

Id-deheb kompla bin-niżla fil-prezz mis-sessjoni tal-bieraħ mill-ogħla livell għal bosta snin u kellu xi bejgħ qawwi llum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Aktar