Barranin
L-ewro bl-ogħla rata f’ġimagħtejn wara li l-gvern Taljan rebaħ vot ta’ fiduċja fis-senat

Muniti

Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied il-prezz bil-quddiem tal-ishma.

L-ewro żdied b’0.42% għal $1.1475 u qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn ta’ $1.1500 wara li l-gvern Taljan rebaħ vot ta’ fiduċja fis-senat. L-ewro żdied 0.24% kontra l-Isterlina; 0.06% kontra d-Dollaru Kandiż u 0.30% kontra l-Yen Ġappuniż. Sadattant l-ewro tilef 0.13% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.08% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Fl-Ewropa, il-FTSE 100 wera żieda ta’ 1.26%; l-iSTOXX 50 ta’ 1.18%; id-DAX ta’ 0.82% u l-CAC 40 żdied b’1.23%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.76% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.130% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Isħma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-RS2 Software, il-FIMBank plc, il-Malta International Airportu t- Trident Estates żdiedu b’aktar minn 0.60%. Sadattant il-Plaza Centres, Santumas Shareholding u l-MIDI tilfu aktar minn 2.50% bil-MIDI l-aktar milqutin bi tnaqqas ta’ 5.56% għal €0.68.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Premier Capital 2026 wera żieda ta’ 1.98% għal €103.

Sadattant kien hemm tnaqqis ta’ 0.01% fil-Pendergardens Developments 2022; 0.10% fil-GAP Group 2023; 0.11% fil-Bank of Valletta 2020; 0.29% fil-Hili Properties 2025; 0.30% fil-Mediterranean Investments Holdings 2022 0.48% fil-Grand Harbour Marina 2027.

Il-prezz taż-żejt Brent tela’ b’1.00% għal $72.86 u l-U.S. Light Crude b’0.80% għal $62.71.
Id-deheb tela’ b’0.10% għal $1,228.43 waqt li l-fidda żdiedet b’0.62% għal $14.628.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar