Barranin
L-Ewro b’telf wara li l-PM Taljan ma kkonfermax li l-Italja se tipproponi defiċit għas-sena d-dieħla

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara tilef ħafna mill-avvanz tiegħu hekk kif l-uffiċju tal-Prim Ministru Taljan ma kkonfermax dan.

L-Ewro żdied b’0.41% kontra d-dollaru għal $1.1364, b’0.28% kontra d-Dollaru Awstraljan; b’0.21% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.36% kontra l-Yen u 0.48% kontra l-Frank Żvizzeru. Min-naħa l-oħra, l-ewro tilef 0.47% kontra l-Isterlina wara li l-Prim Ministru Theresa May dalgħodu qalet li kienet ser tiġġieled l-isfida għat-tmexxija tagħha.

Indiċi

L-ishma żdiedu globalment hekk kif il-prospetti għal ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kellu xejra pożittiva. Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani u l-prezzijiet għall-ishma Ewropej żdiedu wara żidiet kbar fl-Asja wara li l-Uffiċjal Finanzjarju Ewlieni tal-Huawei Technoloġies Co ngħata l-pleġġ. Il-President Trump qal li jikkunsidra jintervjeni fil-każ jekk dan jgħin biex jinkiseb ftehjim kummerċjali maċ-Ċina.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 żdied b’1.19%; l-iSTOXX 50 b’1.40%; id-DAX b’1.06% u l-CAC 40 b’1.73%.
Id-Dow Jones kellu żieda ta’ 1.18% mal-ftuħ waqt li l-indiċi Malti tilef 0.079%.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-RS2 Software u Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 1.00%, u għalqu €1.15 u €8.10 rispettivament. Il-Bank of Valletta, il-GO u l-HSBC Bank Malta ma kellhomx ebda ċaqliq minkejja n-negozju li sar. Il-FIMBank u l-PG tilfu 1.27% u 3.68% rispettivament.

Bonds

Fir-rigward tal-bonds lokali, l-AX Investments 2024, l-SD Finance 2027, il-Melite Finance 2028, il-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026 u l-Exalco Finance 2028 żdiedu b’0.30%, 0.05%, 0.02% u 0.01% rispettivament.

L-Exalco Finance 2028 u l-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serej) ma kellhom ebda bidla waqt li l-Von der Heyden Group Finance 2024 tilfu 0.06% biex għalqu fil-prezz ta’ €102.50.

Commodities

Il-prezz taż-żejt żdied wara tnaqqis fir-retorika dwar it-tilwima kummerċjali u wara li rapport dwar l-industrija taż-żejt fl-Istati Uniti wera tnaqqis kbir fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum madwar il-pajjiż kollu.

Il-Brent żdied 1.96% għal $61.37 u l-U.S. Light crude żdied bi 2.15% għal $52.75.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.19% għal $1,245.17 kull uqija u l-fidda żdied b’0.71% għal $14.67.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar