Barranin
L-Ewro fis-sitt ġimgħa konsekuttiva ta’ telf

L-Ewro tbaxxa llum u riesaq lejn is-sitt ġimgħa konsekuttiva ta’ telf hekk kif it-tħassib dwar id-dejn Taljan qed jagħmel pressjoni fuq is-sentiment, għalkemm it-telf kien limitat wara li l-Korea ta’ Fuq qalet li hija għadha lesta li tirrisolvi l-kwistjonijiet mal-Istati Uniti.

Spinta fil-prezz tal-ishma tal-karozzi għen lill-iSTOXX 600 jiżdied b’0.4% wara li lbieraħ kien fl-inqas livell fi tmient ijiem. L-indiċi huwa 0.6% inqas minn ġimgħa ilu.

L-iSTOXX index żdied b’0.3%. Il-FTSE tal-Italja baqa’ qrib l-inqas livell f’seba’ ġimgħat bi tnaqqis ta’ 0.1% hekk kif il-prospetti ta’ gvern ewroxettiku wassal lill-investituri biex joħorġu flushom mill-equity funds tal-pajjiż. Id-DAX tal-Ġermanja żdied b’0.1%.

L-ishma tal-kumpaniji tal-karozzi telgħu b’0.7% wara li t-theddida tal-President Amerikan Trump li jimponi tariffi fuq l-importazzjoni ġabet kritika qawwija mill-gruppi ta’ negozjanti u membri tal-partit tiegħu stess li wissew dwar ħsara lill-industrija u l-interessi Amerikani.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum hekk kif l-OPEC u r-Russja kkunsidraw iżidu l-produzzjoni biex inaqqsu t-tfixkil fil-Veneżwela u tnaqqis mistenni mill-Iran. Il-Ministru tal-Enerġija Russa Alexander Novah kellu taħditiet mal-Ministru tal-Enerġija tal-Għarabja Sawdija, Khalid al-Falih biex tiżdied il-produzzjoni wara t-tnaqqis li ilu sejjer għal 17-il xahar.

Il-prezz tad-deheb riesaq lejn żieda matul ġimgħa wara li l-President Trump ikkanċella l-laqgħa għolja mal-mexxej tal-Korea ta’Fuq Kim Jong Un u dan żied id-domanda.

Il-ġimgħa d-dieħla

Statistika li għandha tinħareġ il-ġimgħa d-dieħla tinkludi d-deċiżjoni dwar ir-rati tal-interess mic-Ċentral Bank of Canada fit-30 ta’ Mejju u l-Prodott Domestiku Gross l-għada. Barra dan, ir-rata tal-qgħad fiż-żona tal-Ewro toħroġ fl-aħħar tax-xahar b’rata mistennija ta’ 8.5%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar