Barranin
L-ewro fl-ogħla livell f’dawn l-aħħar xahrejn

Muniti 

L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji li intlaqtu ħażin mill-pandemija, bit-tama li jintemmu xhur ta’ argumenti dwar kif ikun iffinanzjat l-irkupru li wrew il-qasmiet li jeżistu fl-Unjoni.

L-ewro kien fl-ogħla livell f’xahrejn ta’ $1.1034; 0.3% kontrra l-Frank Żvizzeru għal 1.0690 Frank ghalkemm fil-jum ta’ qabel żdied għal kważi l-ogħla livell fi tliet xhur.

L-isterlina tilfet kontra d-dollaru u l-ewro, u ftit inbidlet wara rapporti ilbieraħ li t-taħditiet dwar il-Brexit jinsabu bla ebda ftehim u minħabba l-ispekulazzjoni dwar rati ta’ interessi negattivi.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu għar-raba’ sessjoni infila hekk kif l-ottimiżmu dwar il-ftuħ tan-negozji u pjan massiv ta’ stimulu mill-Unjoni Ewropea għelbu t-tħassib dwar it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetħu ogħla xprunati mill-ishma tal-Boeing hekk kif il-kumpanija reġgħet bdiet il-produzzjoni tal-jets 737 MAX, iżda t-tensjoni li qed tiżdied bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammiet lill-investituri fuq ix-xwiek.

Shares

Is-suq tal-ishma lokali kien b’mod ġenerali pożittiv. L-HSBC Bank Malta żdiedu 1.02%, il-PG kienu qed jiġu negozjati bil-prezz ta’ €1.94 kull sehem, żieda ta’ 2.11%;  Tigne Mall avvanzaw 2.63%; il-Malta International Airport żdiedu 4.76%; il-BMIT Technologies għalqu pożittivament b’4.89% waqt li l-International Hotel Investments marru l-aħjar b’żieda ta’ 10.38%.

Il-Bank of Valletta tbaxxew għat-tieni sessjoni infila u għalqu €1.02 kull sehem, tnaqqis ta’ 0.97% fuq il-jum ta’ qabel.

Bonds

Fis-suq lokali tal-bonds, dawn ewlenin kienu f’territorju pożittiv bil-Hili Finance Company  2029 fuq quddiem taż-żidiet bi 2.11%. Il-Mediterranean Investments Holding żdiedu 2.04%, segwiti mill-Mercury Projects Finance  2027 b’1.94%. Il-Bank of Valletta  2026-2031 avvanzaw b’1.85%, l-SP Finance 2029 b’1.39%, il-MIDI 2026 żdiedu b’1% u d-Finance 2026 żdiedu b’0.51%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt tbaxxew llum wara li żieda sorprendenti fil-ħażniet laqtet ħażin it-tamiet ta’ irkupru fid-domanda hekk kif il-lockdowns minħabba l-pandemija qed jiġu llaxkati.

Il-deheb irkupra hekk kif ir-relazzjonijijet li qed  jeħżienu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar Hong Kong qajmu tħassib dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku u wasslu lill-investituri biex imorru lejn id-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar