Barranin
L-ewro fl-ogħla livell kontra d-dollaru wara l-ftehim milħuq bejn l-UE u r-Renju Unit

Muniti

L-ewro tela’ għall-ogħla livell kontra d-dollaru fi kważi xahrejn wara li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni.

Għalkemm il-ftehim għad irid jiġi rratifikat mill-Parlament Ingliż, in-negozju żied ir-rati tal-Isterlina u tal-ewro b’aktar minn 1% u 0.5% rispettivament.

L-ewro tħabat, u tbaxxa aktar minn 3% sa issa din is-sena, hekk kif ir-ritmu ekonomiku wiesa’ fl-Ewropa naqas minħabba t-tilwima bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti u dan laqat ħażin is-sentiment tal-investitur lejn l-ewro. Iżda tamiet ta’ ftehim dwar il-Brexit din il-ġimgħa waqqaf il-mixja ‘l isfel u tellgħu ‘l fuq minn $1.11 għall-ewwel darba f’xahar.

Il-munita unika llum kisbet 0.5% għal $1.1140 qabel tilfet xi ftit biex waqfet b’żieda ta’ 0.42% għal $1.1120. Iż-żieda fl-ewro irriflettiet fuq muniti oħra li estenew iż-żidiet kontra d-dollaru li qed jitħabat.

L-isterlina żdiedet aktar minn 1% u l-prezzijiet tal-ishma Brittaniċi irkupraw llum wara l-aħbar tal-ftehim dwar Brexit. Id-dollaru sofra wkoll fin-negozju bikri f’Londra minħabba statistika dgħajfa Amerikana.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw minn bidu dgħajjef illum, mgħejjuna minn rapporti finanzjarji tajbin mill-manifattur ta’ prodotti tat-telekomunikazzjoni Żvediż, Ericsson, hekk kif it-tfixkil politiku għall-ftehim dwar Brexit laqat lid-ditti Ingliżi ffukati fuq is-suq domestiku.

Wall Street kien mistenni li jiftaħ ogħla hekk kif bidu tajjeb għar-rapport finanzjarji tal-kumpaniji, grazzi għal Netflix u Morgan Stanley, ibbilanċja d-diżappunt dwar l-istatistika ta’ kull ġimgħa dwar in-nies qegħda.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum hekk kif statistika dwar l-industrija taż-żejt uriet żieda aktar milli mistennija fil-ħażniet taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti iżda t-tnaqqis fil-prezz kien limitat wara l-aħbar tal-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Il-Brent tilef 36 cent għal $59.06 u l-United States West Texas Intermediate tilef 42 cents għal $52.94.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa, hekk kif l-investituri studjaw il-ftehim dwar Brexit iżda l-inċertezza li għadha sejra dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitat it-telf, waqt li l-palladju reġa’ żdied għar-raba’ sessjoni infila għal prezz għoli rekord ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Barranin

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands,…

Aktar