L-ewro jaqa’ għall-inqas livell f’xahrejn kontra d-dollaru

L-ewro llum waqa’ għall-inqas livell f’xahrejn kontra d-dollaru, milqut minn statistika ekonomika dgħajfa li kabbret l-ispekulazzjoni li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iħabbar politika monetarja aggressiva din il-ġimgħa. Id-dollaru kien modestament aktar baxx kontra grupp ta’ muniti wara tlitt ijiem infila ta’ żidiet, u kien qed jiġi negozjat f’firxa dejqa qabel il-laqgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew din il-ġimgħa u l-Federal Reserve l-ġimgħa d-dieħla.

L-isterlina ssodat llum wara jumejn ta’ telf biex laħqet l-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra l-ewro, iżda s-swieq taw sinjal ta’ inkwiet ‘il quddiem, u qed jaħsbu dwar riskju akbar ta’ ħruġ bla ftehim taħt il-Prim Ministru ġdid Boris Johnson hekk kif ħżien l-istress ekonomiku.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa ma kelhom ebda moviment, b’sentiment ikraħ minħabba sinjali koroh minn Deutsche Bank  u Aston Martin kif ukoll waqgħa fl-ishma tal-prodotti essenzjali, bi statistika dgħajfa tas-setturi tal-manifattura u tas-servizzi fiż-żona tal-ewro jkomplu jżidu t-tħassib dwar il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku.

L-istħarriġ dwar ix-xiri mill-kumpaniji wrew li t-tkabbir fin-negozju taż-żona tal-ewro kien aktar dgħajjef milli mistenni matul Lulju, imfixkla minn tnaqqis ekonomiku fil-manifattura, u xi indikaturi jissuġġerixxu li l-kundizzjonijiet ser imorru għall-agħar ix-xahar id-dieħel.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi llum wara li riżultati fqajrin mill-kumpaniji Caterpillar u l-Boeing eżasperaw it-tħassib dwar tkabbir globali bil-mod.

Ishma

Fl-ishma lokali l-HSBC Bank Malta żdiedu bi 2.63% segwiti minn GO b’0.44%. Il-Bank of Valletta tilfu 1.33%, l-International Hotel Investments tilfu 1.24%, il-BMIT Technologies tilfu 0.93% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.55% fl-RS2 Software.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali kien hemm tnaqqis ta’ 3.24% fil-Mariner Finance 2024; ta’ 0.96% fil-Mercury Projects Finance 2031; 0.49% fl-International Hotel Investments 2026 u 0.01% fl-International Hotel Investments 2021.

Kien hemm żieda ta’ 0.45% fil-GAP Group 2022; 0.24% fil-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje) u l-Best Deal Properties Holdings 2024 b’0.01%.

L-OPEC bidlet il-mod kif tivvaluta n-nuqqas tal-provista mad-domanda fl-inventarjui taż-żejt, u tat lill-grupp aktar spazju biex ittawwal it-tnaqqis fil-produzzjoni, waqt li analisti wissew li l-mossa ser toffri sitwazzjoni mgħawġa tal-kundizzjonijiet tas-suq. Sa minn meta l-OPEC u l-alleati tagħha  mmexxija mir-Russa bdew inaqqsu l-produzzjoni sentejn u nofs ilu, huma immiraw li jġibu ż-żejt maħżun fil-pajjiżi industrijalizzati jaqbel mal-medja fuq ħames snin.

Il-prezzijiet tad-deheb illum żdiedu minħabba l-aspettattiva ta’ illaxkar fil-politika monetarja mill-banek ċentrali ewlenin biex isostnu l-ekonomija globali, għalkemm dollaru aktar b’saħħtu llimita ż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro żdied illum wara stħarriġ dwar is-sentiment ekonomiku Ġermaniż li kien aħjar milli mistenni, biċ-ċaqliq limitati biss minn dubbji li l-ħruġ tiegħu jista’ jibdel ir-retorika tal-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dollaru ftit…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Aktar