L-ewro jerġa’ taħt pressjoni fis-swieq internazzjonali

L-ewro reġa’ kien taħt pressjoni ta’ ftit tama fis-swieq kontra d-dollaru fis-sessjoni bikrija fl-Asja u waqa’ għall-inqas livell minn Jannar 2020 ta’ $1.1436 minkejja l-fatt li indikaturi teknici għal żmien qasir jkompli juri kundizzjonijiet ta’ bejgħ bla bżonn.

Fl-assenza ta’ ħruġ ta’ dejta makroekonomika, ċaqliqa pożittiva fis-sentiment tas-swieq tista’ tgħin biex ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru tiżdied qabel tmiem il-ġimgħa.

Madankollu l-prospetti fundamentali jkomplu jiffavorixxu lid-dollaru fuq il-munita unika speċjalment wara li r-rapport dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti jipponta lejn issikkar aktar kmieni milli maħsub fil-politika monetarja mill-Federal Reserve.

Il-Bank Ċentrali Ewropew ammetta fl-aħħar bullettin ekonomiku tiegħu li l-inflazzjoni qed iddum aktar milli kien imbassar iżda tenna li l-parti l-kbira tal-pressjonijiet mill-prezzijiet hija meqjusa ta’ natura temporanja.

Sadattant il-Kummissjoni Ewropea żiedet it-tbassir tal-Prodott Domestiku Gross għall-2021 għal 5% minn 4.3% preċedenti u qalet li tara li l-inflazzjoni annwali tilħaq it-2.4% fl-2021.

Dawn il-pubblikazzjonijiet ma tawx sinjal ċar li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jibdel it-ton tiegħu dwar it-tbassir tar-rata u għamluha diffiċli li l-ewro jsib domanda.

Tard fis-sessjoni l-istatistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona ewro ser tkun studjata b’impetus ġdid.

Qabel tmiem il-ġimgħa l-Università ta’ Michigan se toħroġ l-indiċi preliminari dwar is-sentiment tal-konsumatur għal Novembru u l-investituri jippruvaw jsibu xi ħjiel ġdid dwar l-impatt tal-inflazzjoni fuq l-attivita tal-konsumatur fl-Istati Uniti.

L-isterlina baqgħet titbaxxa għal livell baxx ġdid fl-2021 kontra d-dollaru qabel ma daħlet f’fażi ta’ konsolidment.

L-irkupru potenzjali tal-isterlina jiddependi fuq l-iżviluppi dwar Brexit għax id-dollaru aktarx li jżomm postu mal-investituri u ta ċans ta 72% li l-Federal Reserve jgħolli r-rati sa Ġunju 2022.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Irlandiż Simon Coveney qal ilbieraħ li huma għad għandhom żmien biex isibu soluzzjoni għall-protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq ta’ Brexit.

Barra dan, it-Telegraph irraportat li l-UE qed tippjana li ttejjeb l-offerta li tnaqqas il-kontroll tad-dwana fil-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq.

Fuq nota pożittiva oħra, it-Times ta’ Londra qalet li l-Ministrru responsabbli mill-ftehim ta’ Brexit David Frost qed iħares lejn taħditiet intensivi mal-UE fil-ftit ġimgħa li ġejjin bil-għan li jintlaħaq ftehim.

Sa issa dawn l-iżviluppi ma xprunawx l-isterlina iżda l-investituri inqas aggressivi jistgħu jistennew f’kas li l-investituri jitfgħu l-fokus lejn il-Brexit milli mid-diverġenza bejn il-Federal Reserve u l-Bank of England.

Dan it-tagħrif kien miġbur mill-BNF Bank.