L-ewro jestendi ż-żidiet tiegħu lejn l-ogħla livell

L-ewro estenda ż-żidiet tiegħu llum lejn l-ogħla livell f’xahrejn hekk kif l-investituri stennew għat-tweġiba tal-President Trump għall-kontroll li qed  jiżdied miċ-Ċina fuq Hong Kong, li jista’ jkompli jħażżen it-tensjonijiet bejn it-tnejn dwar dan iċ-ċentru finanzjarju.

L-ewro, li ngħata spinta wara t-tħabbira tal-pjan ta’ stimulu mill-Kummissjoni Ewropea, żdied 0.2% għal $1.111, l-ogħla mit-30 ta’ Marzu.

L-Isterlina tbaxxiet kontra l-ewro b’0.3% għal 90.145 pence. L-Isterlina intlaqtet ħażin mis-sejħiet għar-riżenja tal-konsulent tal-Prim Ministru, in-nuqqas ta’ progress fit-taħditiet mal-Unjoni Ewropea u l-spekulazzjoni dwar rati ta’ interessi negattivi. L-Isterlina kienet stabbli kontra d-dollaru bi tnaqqis ta’ 0.4% għal $1.2312, u riesaq lejn it-tieni ġimgħa ta’ żieda.

Id-dolaru tilef 0.4% kontra l-Yen Ġappuni għal 107.17 yen.

Id-dollar Awstraljan laħaq is-$0.6650, qrib l-ogħla f’aktar minn xahrejn. Id-dollaru ta’ New Zealand kien jiswa $0.6208 qrib l-ogħla minn kmieni Marzu. Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand kienu resqin lejn żieda din il-ġimgħa hekk kif l-investituri laqgħu bil-ferħa l-ftuħ tal-attività tan-negozju fiż-żewġ pajjii.

L-ishma fl-Ewropa irtiraw illum hekk kif l-investituri tefgħu ħarsithom lejn it-tweġiba tal-Gvern Amerikan għall-approvazzjoni mill-Parlament Ċiniż ta’ liġi dwar is-sigurtà nazzjonali imposta fuq Ħong Kong, iżda l-indiċijiet maġġuri xorta kienu resqin lejn żieda f’xahar.

Minkejja li s-swieq kienu qed jinnegozjaw telf matul il-jum ta’ madwar 1%, l-indiċijiet ewlenin Ewropej kienu 5% ogħla mill-ġimgħa l-oħra, anke meta assorbew it-telf tal-lum. L-aktar li żdiedu kienu l-ishma tal-ivvjaġġar, tad-divertiment u tal-karozzi, waqt li f’territorju negattiv kienu l-banek muilquta minn rati ta’ interess baxxi.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum biex ikollhom l-ewwel tnaqqis f’ġimgħa f’ħamest ġimgħat, wara li l-istatistika dwar il-ħażniet Amerikani  wriet domanda baxxa għal fjuwil fl-akbar konsumatur taż=żejt fid-dinja waqt li t-tensjonijiet li qed jeħżienu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ukoll kellhom effett ħażin fuq is-swieq finanzjarji internazzjonali.

Huwa pjuttost normali għal irkupru li mhux dejjem jibqa’ l-istess u xi pawsi għal konsolidazzjoni huma msitennija.

‘Il quddiem, l-investituri ser jiffokaw fuq ir-riżultat tat-taħditiet dwar tnaqqis fil-produzzjoni bejne l-OPEC u l-alleati fosthom ir-Russja, fit-tieni ġimgħa ta’ Lulju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar