Barranin
L-ewro jibda l-ġimgħa bit-tajjeb

L-ewro tela’ l fuq minn $1.20,l-ogħla minn Marzu fost sentiment ta’ riskju u dħul inqas mill-bonds tat-Teżor Amerikan. Is-sentiment qed ikun mgħejun ukoll minn żieda fir-rati tat-tilqim fl-Ewropa.

L-ewro ma setax ikollu bidu aħjar għall-ġimgħa u kien hemm xiri qawwi li tellgħu il fuq mil-limitu ta’ $1.2000, li huwa l-ogħla għal diversi ġimgħat.

Il-par ewro-sterlina tħabat biex isib direzzjoni fil-bidu tal-ġimgħa sakemm kien qed jiġi negozjat bla ebda moviment bir-rata ta’ 0.8600 sterlina. Iżda imbagħad bejgħ qawwi ma rnexxielux jaqbez il-livell ta’ reżistenza ta’ 0.8730.

Indiċi

Wara ż-żieda impressjonanti tal-ġimgħa li għaddiet, l-indiċijiet tal-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi llum hekk kif l-investituri jidher li ser jistennew għall-iżvilupp li jmiss. L-ishma kellhom jum negattiv għax kollha kienu negozjati f’territorju negattiv bil-CAC 40 ikunu l-uniku indiċi maġġuri li jkun pożittiv. L-indiċi lokali mexxa max-xejra ġenerali.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, ilp-Bank of Valletta il-PG u il-BMIT Technologies kienu l-uniċi f’territorju pożittiv b’żieda ta’ madwar 1% kullwieħed. It-tnaqqis kien akbar bl-RS2 Sofware bl-inqas telf bi 3%. Il-Lifestar tilfu 3.49% waqt li l-attenzjoni kienet fuq il-Loqus Holdings li tilfu aktar minn 27%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar bilanċjati. F’territorju pożittiv kien hemm il-Bank of Valletta, l-SP Finance u l-GAP li kollha kienu wara d-Dizz Finance fuq quddiem. It-territorju negattiv kien kważi l-istess bil-Midi, u l-Phoenicia Finance, isegwu d-direzzjoni negattiva mill-Mercury Projects Finance li tilfu kważi 1.5%.

L-aħħar tbassir mill-bank JP Morgan jissuġġerixxi prezz medju għaż-żejt ta’ $70 sa Mejju, li huwa bosta xhur qabel kien maħsub qabel. Huwa xi ftit kontra l-kundizzjonijiet tas-suq preżenti: il-kampanja ta’ tilqim kontra l-covid madwar id-dinja mhijiex mgħaġġla kif kien mistenni, iżda l-Ewropa tista’ tgħaġġel aktar il-proċess bħall-Istati Uniti. Fl-istess ħin, sinjali miċ-Ċina juru tnaqqis fl-ekonomija wara sinjali tajbin fl-ewwel kwart tas-sena.

Id-deheb jinsab f’pożizzjoni tajba fl-ewwel jum tal-ġimgħa bil-prezz ta’ madwar $1,770. Id-deheb jibbenefika bid-dgħufija tad-dħul mill-bonds ta’ 10 snin fl-Istati Uniti li qed jinżel minkejja l-boom ekonomiku li bħalissa qed tesperjenza l-Amerika. Id-deheb jeħtieġ tnaqqis fid-dħul mill-bonds biex jitla fil-prezz.