L-ewro jibda l-ġimgħa bit-tajjeb

L-ewro beda l-ġimgħa tajjeb mgħejjun minn dgħufija fid-dollaru u l-isterlina. Għadd ta’ indikaturi tas-sentiment ekonomiku u statistika dwar diversi setturi ekonomiċi din il-ġimgħa għandhom mnejn juru d-dgħufija preżenti fiż-żona tal-ewro u dan jolqot ħażin lill-munita. Barra dan id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve din il-ġimgħa tista’ tkompli tagħfas lill-munita unika kontra d-dollaru. Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru żdiedet b’0.26% għal $1.1356.

L-isterlina bidet il-ġimgħa f’territorju negattiv hekk kif il-Prim Ministru May tkompli taħdem biex tikseb approvazzjoni għall-pjan tagħha dwar Brexit. Jidher li l-liġi ser terġa’ tkun ippreżentata lill-Parlament din il-ġimgħa, jekk il-Prim Ministru tikseb l-approvazzjoni tad-Democratic Unionist Party. Issa jidher ċar li ser ikun hemm dewmien fil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropa ikun x’ikun ir-riżultat. Il-laqgħa li tmiss tal-Bank of England ser tkun nhar il-Ħamis meta mhux mistenni tibdil fil-politika monetarja. L-ewro żdied b’0.47% kontra l-isterlina.

Barra dan, l-ewro żdied 0.17% kontra d-Dollaru Kanadiż, 0.32% kontra l-Yen u 0.12% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro tilef 0.04% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ishma Ewropej kellhom żidiet modesti fil-bidu ta’ ġimgħa mimlija avvenimenti li jvarjaw minn laqgħat tal-banek ċentrali, żviluppi ġeopolitiċi u statistika ekonomika.

Il-FTSE 100 żdied b’0.56%; l-iSTOXX naqas b’0.10%, id-DAX tbaxxa wkoll b’0.30% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.03% fil-CAC40.

Id-Dow Jones fetaħ 0.11% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 1% fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta kien fuq quddiem b’żieda ta’ 5% segwit mill-Malta Properties,l-HSBC u l-Mapfre Middlesea li żdiedu bi 3.45%, 2.48% u 1.72% rispettivament. Tilfu xi ftit il-GO u l-International GHotel Investments, b’telf ta’ madwar 0.5%. Aktar negattivi kienu l-GMIT Technologies b’1%.

Bonds

Kienet ġurnata attiva ħafna fil-qsam tal-bonds lokali, bis-suq aktarx negattiv. Il-Gasan Finance żdiedu 0.72%. F’territorju negattiv kienu l-Best Deal Properties li tilfu 0.5%. Aktar negattivi kienu l-Von der Heyden Group u l-Bortex Group b’1% u l-International Hotel Investment b’7%.

Commodities

Iż-żejt riesaq lejn l-ogħla żieda f’erba’ xhur hekk kif l-OPEC u l-alleati rrakkomandaw posponiment ta’ deċiżjoni dwar jekk jestendux it-tnaqqis fil-produzzjoni sa Ġunju. Il-Brent żdied b’0.36% għal $67.40 waqt li l-United States Light crude wera żieda ta’ 0.17% għal $58.63.

Id-deheb żdied b’0.20% għal $1,304.97 u kien hemm żieda ta’ 0.51% fil-fidda għasl $15.37 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

L-ewro waqa’ llum wara sinjali ta’ sentiment li qed jeħżien fost l-investituri Ġermaniżi, għalkemm il-prospett ta’ aktar illaxkar mill-banek ċentrali – l-ewwel bil-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar – irriżulta…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar