Barranin
L-Ewro jibda l-ġimgħa b’żieda

L-Ewro beda din il-ġimgħa b’żidiet. F’dik li hija statistika ekonomika ċ-ċifri dwar il-bejgħ bl-imnut fil-Ġermanja u fiż-Żona tal-Ewro qabżu l-estimi. L-ordnijiet għall-prodotti Ġermaniżi ddiżappuntaw, u kellhom l-ewwel tnaqqis f’erba’ xhur. Fl-Istati Uniti, l-indiċi dwar is-settur tal-manifattura mistenni li jitbaxxa għal 59.6 punti. Għada l-Ġermanja toħroġ iċ-ċifri dwar il-produzzjoni industrijali u l-vakanzi fl-impjiegi mill-aġenzija JOLTS.

L-Ewro żdied b’0.43% kontra d-Dollaru għal $1.1445. L-Ewro żdied ukoll b’0.22% kontra l-Isterlina; 0.13% kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.26% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.20% kontra l-Yen. Sadatannt il-munita unika tilef 0.13% kontra l-Frank Żvizzeru.

Id-Dollaru waqa’ għall-inqas rata f’aktar minn xahrejn, waqt li l-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma tħabbtu biex isibu direzzjoni. L-ishma Ewropej tbaxxew hekk kif ż-żieda fis-sentiment ta’ riskju minn tard il-ġimgħa li għaddiet tilfet fir-ritmu.

Il-FTSE 100 tilef 0.51%; l-iSTOXX 50 tilef 0.57%; id-DAX tbaxxa b’0.47% u l-CAC 40 tilef 0.58%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.40% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.434%.

Il-Mapfre Middlesea u l-Malta International Airport kellhom żieda ta’ 2.94% u 1.72% rispettivament. Sadattant, il-Main Street Complex, l-International Hotel Investments,il-Medserv u l-HSBC Bank Malta tilfu aktar minn 1.50% biex għalqu €0.64, €0.60; €1.11 u €1.73 rispettivament.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020, id-Dizz Finance 2026, l-International Hotel Investments 2025 u l-Premier Capital 2026 żdiedu b’aktar minn 0.40% bil-Bank of Valletta 2020 bl-akbar żieda ta’ 1.69% biex għalqu €102.50.

Sadattant, il-Corinthia Finance 2026, l-Investments 2024 u l-Hal Mann Vella Group 2024 tilfu 0.95%, 1.41% u 1.87% rispettivament.

Iż-żejt Brent żdied b’1.61% għal $58.01 kull barmil waqt li l-U.S.Light crude żdied b’1.92% għal $48.90.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.52% għal $1,292.82 u l-fidda b’0.58% għal $15.79.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar