L-ewro jibqa’ b’saħħtu wara li l-partiti favur l-UE żammew żewġ terzi tas-siġġijiet fil-PE

L-ewro llum żamm sod fin-negozju bikri wara li l-partiti favur l-Unjoni Ewropea ma nfirdux aktar biex żammew żewġ terzi tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew, u b’hekk illimitaw żieda fil-partiti  nazzjonalisti tal-lemin.

Il-munita unika kienet tiswa $1.1211 fin-negozju fl-Asja, qrib l-ogħla livell f’ġimgħa u nofs, u lill hinn mill-inqas rata f’sentejn ta’ $1.11055 ta’ nhar il-Ħamis.

In-negozju deher kajman illum minħabba btajjel tas-swieq finanzjarji f’Londra u fi New York. Id-Dollaru żdied 0.15% kontra l-Yen.

L-Isterlina żdiedet b’0.15% għal $1.2731 wara li rpiljat xi ftit wara li l-Prim Minsitru Theresa May habbret id-data tar-riżenja u l-munita żdiedet mill-inqas rata f’erba xhur u nofs ta’ nhar il-Ħamis.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk il-possibiltà ta’ għaqda bejn il-FIAT-Chrysler u r-Renault sostiet l-ishma tal-karozzi, waqt li l-investituri evalwaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fejn il-partiti favur l-Unjoni Ewropea mistennija li jżommu żewġ terzi tas-siġġijiet.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.43% bil-parti l-kbira tal-indiċijiet juru żieda iżda n-negozju kien fqir bis-swieq fianzjarji tar-Renju Unit u l-Istati Uniti magħluqin.

Ishma

Lokalment, l-ishma tal-Malta International Airport tilfu 5.06% għal €7.50. Kien hemm tnaqqis ta’ 2.94% fl-HSBC Bank Malta għal €1.65.

Min-naħa l-oħra, Simonds Farsons Cisk żdiedu 1.87%, il-Malita Investments 1.79% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.91% fil-Medserv.  Il-Malta Properties Company żdiedu b’0.81% u żieda ta’ 0.75% kienet fil-Bank of Valletta.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 żdiedu 2.04%, segwiti min-1923 Investments 2024 b’0.50%.

F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments 2024 bi tnaqqis ta’ 2.75%; l-iStivala Group Finance 2027 b’0.81% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) b’0.77%.

Il-prezz taż-żejt żdied għal madwar $69 kull barmil sostnut mit-tensjonijiet fi-Lvant Nofsani u t-tnaqqis tal-produzzjoni mill-OPEC għalkemm it-tħassib dwar it-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina  u l-ekonomija globali llimitat iż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

L-ewro ma kellu ebda movement kontra d-dollaru. Nuqqas ta’ statistika ekonomika u żviluppi maġġuri dwar it-tilwima kummerċali Amerikani żammew liż-żewġ muniti taħt kontroll bejn id-$1.1250 u d-$1.1188. L-ewro ftit wera…

Aktar