Barranin
L-ewro jibqa’ fl-inqas livell f’xahar

Muniti

L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri tjieb aktar milli kien mistenni matul Jannar u l-iffirmar tal-ftehim bejn l-Istti Uniti u ċ-Ċina kabbar it-tamiet li l-ekonomija Ewropej ser tirkupra. Indiċi minn Citigroup dwar l-attività ekonomika fiż-żona tal-ewro kiber għall-ogħla livell minn Frar 2018. Iżda analisti qalu li t-titjib fl-istħarriġ fost in-negozji s’issa mhuwiex evidenti fl-attività ekonomika attwali, li baqgħet dgħajfa fi tmiem is-sena li għaddiet.

L-Isterlina illum żdiedet kontra d-dollaru u l-ewro, hekk kif l-investituri ddibattew jekk il-Bank of England huwiex ser ibaxxi r-rati tal-interessi jew le meta jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla.

Is-swieq finanzjarji llum raw inqas ċans li l-Bank of England ser ibaxxi r-rata preżenti ta’ 0.75% fil-laqgħa tat-30 ta’ Jannar wara li l-Konfederazzjoni tal-Industrija Brittanika rrapportat titjib fis-sentiment tal-manifattura.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum għolew, mgħejuna minn aġġornamenti ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u mill-isforzi miċ-Ċina biex tnaqqas l-imxija tal-virus, bl-ishma Ġermaniżi sensittivi għal kummerċ jilħqu livell record għall-ewwel darba f’sentejn.

L-S&P 500 u n-Nasdaq laħqu livell għoli rekord ta’ kull żmien għax l-investituri qed irabbu kuraġġ mill-isforzi Ċiniżi dwar il-virus u mit-tbassir tajjeb ferm mill-kumpanija IBM.

Stocks Lokali

Fl-ishma lokali, il-FIMBank tilfu 4.76%, l-HSBC Bank Malta tilfu 1.82% u l-MIDI naqsu bi 2.08%. F’territorju pożittiv kien hemm it-Trident Estates b’żieda ta’ 14.19%. Il-Bank of Valletta, Simonds Farsons Cisk u Tigné Mall kienu nnegozjati mingħajr movement.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Gasan Finance 2019/2021 avvanzaw 1.50%, il-Hili Finance Company 2028 tilfu 0.48%, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu 0.49%, il-Merkanti Holding 2026 naqsu b’0.20%, il-Medserv 2026 żdiedu b’0.35%, l-SP Finance 2029 avvanzaw 0.25% waqt li t-Together Gaming Solutions 2024/26 tilfu 0.69%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet tbaxxew hekk kif żieda fis-suq imbassra mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Oil għelbet it-tħassib dwar it-tfixkil għall-provvisti mil-Libja. Il-Brent tilef 1.63% għal %63.56 u l-West Texas Intermediate tilef 1.94% għal $57.28. Il-Kap tal-aġenzija, Fatih Birol, qal li jistennew li s-suq ser ikollu bilanċ ta’ 1 miljun barmil kuljum fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.

Il-prezzijiet tad-deheb ftit li xejn inbidlu hekk kif sostenn tekniku minħabba stennija ta’ politika monetarja moderata mill-banek ċentrali ibbilanċjat is-sentiment imqajjem għal assi riskjużi u dollaru aktar b’saħħtu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar