Barranin
L-ewro jibqa’ lura bi ftit li xejn tama li jogħla

Muniti

Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt pressjoni.

L-ewro baqa’ lura, wriet l-istatistika bi ftit li xejn tamiet li l-ewro jitla’. L-aħħar statistika tidher li tiġġustifika l-pessimiżmu, bl-ordnijiet industrijali Ġermaniżi jitbaxxaw aktar milli mbassar matul Awwissu minħabba domanda domestika dgħajfa; xhieda ċara li t-tnaqqis fil-manifattura qed iressaq l-aktar ekonomija fl-Ewropa lejn ir-riċessjoni. L-ewro baqa baxx għal $1.0964 iżda żamm ‘il bogħod mill-inqas rata f’sentejn u nofs ta’ $1.0879 ta’ nhar it-Tlieta li għadda.

L-isterlina tilfet 0.2% lejn qrib id-$1.23, bi ftit ġumgġat biss lejn l-ħruġ skedat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma Ewropej ftit li xejn inbidlu f’negozju mqalleb illum, wara l-aktar waqgħa f’ġimgħa din is-sena, hekk kif ix-xiri f’ishma difensivi għelbu n-nervożismu qabel it-taħditiet kruċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u n-negozjati dwar Brexit.

L-indiċi ewlenin f’Wall Street kienu mistennija li jitbaxxew fil-ftuħ, hekk kif l-investituri qed ilestu għat-taħditiet maċ-Ċina aktar tard din il-ġimgħa, wara bidu imqalleb għax-xahar minħabba biża li l-Istati Uniti tista’ tkun riesqa lejn riċessjoni. Konċessjonijiet fit-tariffi mill-Istati Uniti u ċ-Ċina ix-xahar li għadda kienu qajmu ottimiżmu ta’ tmiem tat-tilwima kummerċjali, iżda l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji bdew ikunu nervużi dwar ir-riżultat tat-taħditiet din il-ġimgħa.

Ekwiti Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 2.83%, Il-GO tbaxxew bi 2.73%. Il-Grand Harbour Marina marru l-agħar fis-sessjoni ta’ dalgħodu bi tnaqqis ta’ 7.58%. Kien hemm tnaqqis ta’ 2.92% fil-Malta Properties Company u ta’ 2.66% fit-Tigne Mall. F’territorju pożittiv kienu Simonds Farsions Cisk bi 3.60% u l-MIDI bi 3.76%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2021 żdiedu bi 2.30%; il-Best Deal Properties Holdings 2024 tbaxxew b’0.48%; il-Hili Properties 2025 żdiedu b’0.53%; kien hemm tnaqqis ta’ 0.48% fis-Central Business Centres 2025 u 0.96% fl-International Hotel Investments 2026. Id-Dizz Finance 2026 tilfu 0.53% waqt li l-iStivala Group Finance 2029 tbaxxew b’0.48%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu, minħabba tamiet ta’ progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u sostnuti minn sfidi biex ikunu fornuti l-akbar esportaturi.

Il-Brent żdied b’aktar minn 1% lejn it-$58.93 waq tli l-United States West Texas Intermediate żdied 1.12% għal $53.47. Iż-żewġ prezzijiet temmew il-ġimgħa li għaddiet bi tnaqqis ta’ aktar minn 5% wara statistika ħażina mis-settur tal-manifattura fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina bil-ġlieda bejniethom timmina l-prospetti ekononomiċi globali.

Il-prezzijeit tad-deheb għolew illum hekk kif issoda d-dollaru wara rapporti li l-Ċina ma tridx taqbel dwar ftehim kummerċjali wiesa mal-Istati Uniti hekk kif l-investituri qed jistennew it-taħditiet ta’ din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif l-investitui xtraw assi aktar sikuri hekk kif saru aktar kawteli dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru waqa’ l-ġimgħa li għaddiet, u…

Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Aktar