Barranin
L-ewro jibqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala munita sikura.

Il-Bank Ċentrali Ewropew nieda eżami mill-ġdid sħiħ tal-politika tiegħu, bil-għan li li jiddefinixxi mill-ġdid l-miri ewlenin u kif jilħaqhom, għax snin ta’ esperimenti mill-bank b’rati ta’ interessi negattiv u llaxkar fil-politika monetarja ma tawx il-livelli ta’ inflazzjoni mixtieqa. Il-President tal-Bank, Christine Lagarde qalet li r-riskji għat-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-ewro jippuntaw lejn tnaqqis u l-investituri qiesu t-ton tagħhom bħala wieħed moderat.

Il-yen issaħħaħ bil-yuan Ċiniż jitbaxxa lejn l-inqas rata f’ġimagħtejn. L-Isterlina tilfet 0.19% iżda baqgħet qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn, hekk kif statistika maħruġa din il-ġimgħa naqqset l-aspettativi tas-swieq għal tnaqqis fir-rati tal-interessi matul il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla tal-Bank of England.

L-ishma Ewropew issodaw llum hekk kif l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ma ddikjaratx l-imxija tal-virus fiċ-Ċina bħala emerġenza globali. L-attenzjoni tirritorna lejn statistika dwar il-manifattura fl-ekonomiji ewlenin taż-żona. Wara erba’ sessjonijiet konsekuttivi ta’ tnaqqis, l-iSTOXX 600 żdied 0.8% kmieni llum.

Id-DAX tal-Ġermanja kellha l-akbar żieda fost l-indiċijiet tar-reġjun, mgħejun minn żidiet fl-ishma tal-kumpanija Bayer wara rapport dwar il-possibiltà ta’ ftehim barra mill-qorti f’kawża fl-Istati Uniti dwar allegazzjoijiet li s-sustanza Roundup li toqtol l-ħaxix l-ħażin tikkawża l-kanċer.

Il-prezzijiet taż-żejt llum żdiedu wara tnaqqis fil-ħażniet ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti, iżda resqin lejn tnaqqis qawwi għal din il-ġimgħa fost tħassib li l-coronavirus fiċ-Ċina, li s’issa qatel 25 persuna, jista’ jinfirex, inaqqas l-ivvjaġġar, id-domanda għall-fjuwil u l-prospetti ekonomiċi.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent kmieni llum żdiedu 31 cent, jew 0.5% għal $62.35 wara tnaqqis ta’ 1.9% fis-sessjoni ta’ qabel. Il-Brent din il-ġimgħa tilef 4%. Il-United States West Texas Intermediate żdied 27 cent, jew 0.5% għal $55.86. Il-prezz ilbierah tilf 2% u ser ikun tilef 4.6% għal din il-ġimgħa, l-Energy Information Administration qalet li ta’ sostenn għall-prezzijiet kienet l-aħbar li l-ħażniet Amerikan naqsu din il-ġimgħa.

Il-prezz tad-deheb tilef illum hekk kif l-investituri fittxew dettalji dwar is-severità tal-imxija tal-virus fiċ-Ċina wara li l-Organizzazzjoni Dinja tas-Saħħa ma ddikjaratx l-imxija tal-virus fiċ-Ċina bħala emerġenza globali.

Il-prezz spot għad-deheb tilef 0.2% għal $1,559.28 iżda ser ikun żdied 0.2% din il-ġimgħa. Effett ieħor fuq id-deheb kien li d-dollaru mqabbel ma’ basket ta’ muniti baqa’ qrib l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ qabel wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ma bidilx ir-rati tal-interessi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar