Barranin
L-ewro jiddgħajjef u jersaq lejn l-agħar ġimgħa mill-bidu ta’ Lulju

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru għal $1.1095, jiġifieri 0.9% fuq ġimgħa.

L-ewro tbaxxa wkoll bi 0.3% kontra l-Isterlina għal 0.9155 pence, telf għall-ħames jum u l-itwal perjodu ta’ telf minn Jannar. Barra dan l-ewro tilef 0.27% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż. Sadanittant il-munita unika żdiedet 0.01% kontra l-Yen u 0.09% kontra l-Frank Żvizzeru.

L-ishma Ewropew ser itemmu l-ġimgħa fuq nota għolja, hekk kif ġimgħa mqallba ta’ inċertezza kummeċjali u biża’ dwar it-tkabbir globali waslet biex tagħlaq. L-aħbarijiet dwar il-kummerċ żammew anzjużi lill-investituri fost volatilità li ħakmet lis-swieq għal parti l-kbira ta’ Awwissu. Iċ-Ċina sejħet it-tariffi li ser imponu l-Istati Uniti bħala ksur tal-ftehimiet milħuqa bejn il-President Donald Trump u l-President Ċiniża Xi Jinpiong, waqt li Trump ilbieraħ qal li kull ftehim maċ-Ċina irid isir fuq t-termini tal-Istati Uniti.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.90%; id-DAX b’0.87%; u l-CAC 40 b’0.77%. Il-FTSE 100 dam ma fetaħ għal xi ishma maġġuri, it-tieni waqfien bħal dan fi ftit aktar minn sena f’wieħed mill-akbar swieq finanzjarji fl-Ewropa.

Iż-żejt Brent żdied b’1.20% għal $58.91 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied b’1.25% għal $55.14.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.64% għal $1,513.49 u l-fidda wriet tnaqqis ta’ 0.47% għal $17.18.

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija dawn l-iżviluppi:

Nhar it-Tlieta jitħabbru l-minuti tal-Reserve Bank of Australia wara d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi. Il-minuti jagħtu ħjiel tad-diskussjoni dswar il-politika monetarja inklużi differenzi fl-opinjoni. Huma jagħtu wkoll il-vot ta’ kull membru.

Nhar l-Erbgħa imbagħad mistennija l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur mill-Bank of Canada u l-Federal Reserve fl-Istati Uniti joħroġ il-minuti tal-laqgħa tal-kumitat dwar il-politika monetarja.

L-istatistika dwar l-manifattura matul Awwissu toħroġ mill-Ġermanja nhar l-Erbgħa. Joħorġu wkoll ir-rapporti dwar il-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew, li jagħtu ħjiel dwar is-suq finanzjarju, u l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji.

Nhar il-Ġimgħa, mill-Kanada joħorġu ċ-ċifri dwar il-bejgħ bl-Imnut matul Ġunju u mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti ikun hemm id-diskors tal-president Jerome Powell.

Fl-aħħarnet, nhar il-Ġimgħa jkun hemm il-laqgħa tal-G7.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Aktar