Barranin
L-Ewro jieħu daqqa ta’ ħarta wara t-tħassib politiku fil-Ġermanja

Muniti

Taħt pressjoni qawwija mill-alleati konservattivi fil-Ġermanja, il-Kanċellier Angela Merkel illum appellat lill-mexxejja Ewropej sabiex ifasslu approċċ komuni għal migrazzjoni, li sejħet bħala kwistjoni ta’ ħajja jew mewt għall-Ewropa. Fil-laqgħa għolja ta’ jumejn, il-mexxejja ser jaqblu dwar miżuri biex jirrestrinġu l-wasliet mill-Mediterran, jonfqu aktar fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u jkabbru l-kooperazzjoni sabiex jevitaw rifuġjati u migranti li jimxu fl-Unjoni.

Il-munita unika ħadet daqqa dalgħodu, minħabba statistika dgħajfa u t-tħassib politiku fil-Ġermanja. Hija tilfet 0.2% biex għalqet $1.1538 u warrbet it-telf billi żdiedet 0.27% għal $1,1583 wara li ħarġet l-inflazzjoni fl-Italja.

L-Ewro żdied b’0.50% kontra l-Isterlina, 0.20% kontra l-yen u 0.31% kontra l-Frank vizzeru.

Indiċi

It-tensjonijiet dwar il-kummerċ u dawk politiċi kellhom effett fuq l-ishma Ewropej hekk kif l-investituri stennew il-laqgħa għolja tal-Unjoni Ewropea li potenzjalment tista’ tkun waħda diviżiva.

L-iSTOXX 50, tbaxxew b’0.71%. Il-FTSE 100, id-DAX u l-CAC 40 kollha f’territorju negattiv bid-DAX l-aktar li jonqos b’1.13%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.43% waqt li l-indiċi ta’ Malta għalaq b’żieda ta’ 0.006%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-MIDI u l-PG żdiedu b’aktar minn 0.70% bil-MIDI jiżdied l-aktar b’1.28%.

Il-Bank of Valletta u l-International Hotel Investments ma kellhom ebda ċaqliq.

Sadattant, il-Main Street Complex, l-RS2 Software u l-Malita Investments naqsu b’aktar minn 0.70% bil-Malita Investiment jitbaxxew b’1.14% biex għalqu €0.865.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds, l-International Hotel Investments 2021, il-Bank of Valletta 2019, u l-International Hotel Investments 2025 żdiedu b’aktar minn 0.80%.

Sadattant il-MIDI 2026, il-Bortex Group Finance 2027, id-Dizz Finance 2026 u l-International Hotel Investments 2023 tilfu aktar minn nofs punt perċentwali.

Il-prezz taż-żejt bdew jistabbiliżżaw illum, biż-żejt mhux maħdum Amerikan qrib l-ogħla livell fi tliet snin u nofs, iżda l-provvista baqgħet nieqsa bl-investituri mħassba mill-prospetti ta’ waqgħa kbira fil-provvista mill-Iran minħabba s-sanzjonijiet Amerikani.

Il-Brent żdied b’0.97% għal $78.01 u l-US light crude naqas b’0.19% għal $72.62.

Il-prezz tad-deheb tela’ b’0.02% waqt li dak tal-fidda naqas b’0.10%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar