Barranin
L-ewro jilħaq l-ogħla rata f’sentejn

Muniti

Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas livell minn Mejju 2018 hekk kif kien hemm domanda qawwija għall-isterlina u l-ewro laħaq l-ogħla rata f’sentejn. L-ewro żdied 0.59% għal $1.1941. L-ewro waqaf miż-żidiet tal-aħħar ħamest ijiem kontra l-isterlina u tbaxxa minn 0.9070 pence għal 0.9050 pence. L-ewro żdied kontra d-dollaru Awstraljan u dak Kanadiż, il-yen u l-frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu hekk kif rapport wera li l-bini ta’ djar ġodda kellu l-akbar żieda mill-2016, u dan ibbilanċja tensjonijiet mill-ġdid maċ-Ċina.

L-indiċijiet Ewropej ukoll żdiedu bl-iSTOPXX 50 u d-DAX jiżdiedu 0.38% u 0.35% rispettivament, ħlief għal FTSE 100 li tilef 0.35%.

Shares

Fl-ishma lokali, l-uniku sehem li kien pożittiv kien dak tal-Lombard Bank b’1.09%. L-ishma l-oħra jew tbaxxew fil-prezz jew ma kellhom ebda ċaqliq. Il-Bank of Valletta tilfu 0.43% u l-akbar tnaqqis kien ta’ 1.78% fl-ishma tal-HSBC Bank Malta.

Bonds

Is-sessjoni tal-bonds lokali kien aktar pożittivi. Il-Bank of Valletta 2030 L-Ewwel Serje, l-Ewwel Tranche , il-MIDI 2026, l-iStivala Group Finance 2027, Il-Corinthia Finance 2026 u l-International Hotel Investments 2026 kollha wrew żieda b’dawn tal-aħħar jiżdiedu bi 2.04%. Il-Virtu Finance 2027 ma kellhom ebda movement waqt li l-GlobalCapital 2021 tilfu 1.03%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żamm iż-żidiet qrib l-ogħla f’ħames xhur wara sinjali li provvista żejda qawwija fil-ħażniet Amerikani tidher li qed tonqos, u dan iqawwi l-ottimiżmu li l-irkupru fid-domanda fl-akbar ekonomija fid-dinja qed jitjieb. Il-Brent kien $45.31 kull barmil u l-United States West Texas Intermediate $42.71. Sadattant id-deheb żdied b’1.23% u l-fidda bi 2.85%.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar