L-ewro jilħaq l-ogħla rata hekk kif qed tama li l-UE tilħaq ftehim

L-ewro illum, laħaq l-ogħla rata f’19-il ġimgħa ta’ $1.1467, minħabba tamiet li l-Unjoni Ewropea ser tilħaq ftehim dwar il-fond ta’ irkupru ta’ €750 biljun biex l-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea jirkupraw mill-pandemija, li minnhom €350 biljun jistgħu jkunu offruti bħala għotjiet. Madankollu, wara nofsinhar tilfet 0.07% kontra d-dollaru.

Il-mexxejja tal-Unjoni għamlu progress fi Brussel wara tlitt ijiem ta’ taħditiet, iżda baqgħu bla ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-fond. Il-pajjiżi li huma favur il-fond inizjalment ipproponew €500 biljun bħala għotjiet u €250 bħala self. Xi pajjiżi oġġezzjonaw għal dan l-ammont f’għotjiet. Huma qiesu €350 bħala l-massimu, għalkemm qed juru sinjali ta’ kompromess.

L-Isterlina żdiedet ‘il fuq minn $1.26 u irkuprat minn telf bikri kontra d-dollaru Amerikan u mill-inqas rata f’20 jum kontra l-ewro aktar b’saħħtu, iżda l-investituri baqgħu kawti minħabba li l-prospetti ekonomiċi imċajpra u r-riskji tal-Brexit tefgħu pressjoni fuq il-munita.

Indiċi

Xi indiċijiet Ewropej tbaxxew llum, minħabba s-setturi ċikliċi fost żieda globali fil-każi tal-koronavirus, waqt li xi investituri kienu kawti fl-ottimiżmu tagħhom dwar it-taħditiet ta’ bħalissa dwar il-fond ta’ irkupru fl-Unjioni Ewropea. Indiċi ta’ ishma madwar iż-żona ewro tilef 0.3% waqt li s-swieq Asjatiċi baqgħu baxxi hekk kif il-każi tal-koronavirus  żdiedu f’bosta pajjiżi.

Il-prezzijiet futuri tal-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn tnaqqis fil-ftuħ tan-negozju wara li d-Dow Jones żdied bi 2.3% il-ġimgħa li għaddiet li kienet it-tielet ġimgħakonsekuttiva ta’ żidiet.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu mħalta. L-International Hotel Investments kellhom l-akbar tnaqqis ta’ 2.68%, Il-GO tilfu 1.75%, il-Bank of Valletta b’1.03% u l-BMIT Technologies tbaxxew b’ 0.41%.

Fin-naħa pożittiva kien hemm Simonds Farsons Cisk li għalqu fil-prezz ta’  €8.00 kull sehem, żieda ta’ 0.63% mill-aħħar sessjoni ta’ negozju. Il-Mapfre Middlesea żdiedu b’1% u l-aħjar li marru kienu l-ishma tal-HSBC Bank Malta li għalqu bil-prezz ta’ €0.96 kull sehem b’żieda ta’1.05%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-akbar ċaqliq kien pożittiv bl-International Hotel Investments  2024 jiżdiedu b’1.09% u l-Bank of Valletta  2030 b’1.50%.

Il-Von der Heyden Group Finance  2024 żdiedu b’1.50%, il-Hili Finance Company 2029 b’1.54%, il-Best Deal Properties Holding  2024 rreġistraw żieda ta’2.00%, l-International Hotel Investments  2021 bi 2.04%  u l- GAP Group 2022marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.14%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew minħabba li l-każi ta’ Coronavirus żdiedu f’ħafna pajjiżi, iżda l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu dwar it-taħditiet preżenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar il-frond ta’ rkupru għall-ekonomiji milquta mill-pandemija.

Kien hemm żieda fil-prezzijiet tad-deheb minħabba li ż-żieda fil-koronavirus madwar id-dinja kabbret it-tħassib dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku, waqt li l-investituri stennew d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-fond ta’rkurpu propost.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

L-Isterlina avvanzat 0.5% kontra dollaru aktar dgħajjef hekkkif il-pakkett ta rkupru minħabba l-Coronavirus waqa fil-Kungress u tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan. L-Isterlina telgħet għal-livell ta’ qabel il-pandemija u kienet qed…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Id-dollaru rkupra kontra grupp ta’ muniti rivali wara bejgħ ta’ muniti u d-domanda għal assi sikuri taw lill-munita Amerikana xi ftit tan-nifs wara l-agħar xahar f’10 snin. L-ewro tilef 0.6%…

Aktar