Barranin
L-Ewro jilħaq l-ogħla rata kontra d-dollaru

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi ħada kontra l-Gvern Amerikan talli baxxa d-dollaru, mossa, huwa qal, li thedded ftehim ta’ matul is-snin li ma tkunx attakkata l-munita u dan jista’ jisforza lill-Bank Ċentrali li jirrevedi l-politika tiegħu.

Waqt li saħaq li s-saħħa tal-ewro hija sors ta’ inċertezza, Draghi qal li kull mossa mhux ġustifikata tista’ ġġiegħel lill-Bank li jħares mill-ġdid lejn l-istrateġija tiegħu għax bħala munita b’saħħitha tista’ żżomm l-inflazzjoni baxxa u għalhekk ma jogħlewx il-prezzijiet.

Huwa kien qed jitkellem dwar dak li qal is-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin din il-ġimgħa li sostna li kuntent li d-dollaru kompla jidgħajjef għax dan kien tajjeb għall-kummerċ Amerikan, waqt li s-Segretarju għall-Kummerċ Wilbur Ross qal li dawk li sejjaħ bħala truppi Amerikani resqin lura lejn il-fortizza fil-ġlieda globali kummerċjali.

Dan is-sentiment tella lill-ewro għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi tliet snin.

B’ton aktar moderat, Draghi tkellem ukoll kontra żieda fl-imgħax, anke jekk xi investituri kienu qed jaħsbu f’żieda kmieni f’ Diċembru.

Iżda kienu l-kummenti tiegħu dwar il-muniti li għamlu ħoss mill-konferenza stampa ta wara l-laqgħa regulari tal-Bank.

Id-dollaru kien qed jiġi nnegozjat  ’il fuq mir-rati baxxi riċenti kontra ir-rivali ewlenin, għax irkupra wara li l-President Trump qal li jrid dollaru b’saħħtu, u dan ikkontradixxa l-kummenti tas-Segretarju tat-Teżor.

Trump qal lis-CNBC f’intervista minn Davos, l-Iżvizzera, li fl-aħħar mill-aħħar irid dollaru b’saħħtu, u qal li l-kummenti ta Mnuchin kienu interpretati ħażin. L-irkupru tad-dollaru qala’ lill-ewro mill-ogħla rata fi tliet snin kontra l-munita Amerikan u baxxa lill-isterlina mill-ogħa livelli minn Ġunju 2016.

Il-prezz sport tad-deheb tela’ 0.6% għal $1.355.16 kull uqija. Sa issa din il-ġimgħa il-prezz żdied b’1.8%.

Il-prezz ilbierah laħaq id-$1.366.07, l-ogħla minn Awwissu 2016 iżda tilef iż-żieda wara l-kummenti ta Trump li jrid dollar b’saħħtu.

Sadattant l-indiċijiet maġġuri kollha laħqu livell għolja record.

Dik kienet il-ġabra ta’ aħbarijeit finanzjarja ta mastul il-ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar