Lokali
L-ewro jilħaq livelli ogħla

Muniti

L-ewro qed ikun negozjat għal $1.2150, livell għoli ġdid għal ġimgħa, hekk kif is-sentiment tas-suq baqa’ tajjeb. Kummenti moderati miċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell u tamiet dwar l-istimulu Amerikan qed jixprunaw l-ottimiżmu. Il-qgħad fl-Istati Uniti ma laħaqx l-estmi b’793,000.

Il-membru tal-Bord tal-Bank Ċentrali Ewropew u Gvernatur tal-Irish Central Bank, Gabriel Makhlouf, qal illum li mhuwiex iż-żmien li jkun illaxkat l-appoġġ fiskali jew monetarju kif ġie rraportat. Il-par tad-Dollaru Amerikan u dak Kanadiż kompla jitlef matul is-sessjoni bikrija fl-Amerikan ta’ Fuq u tbaxxa għall-inqas livell fi tliet ġimgħat għal madwar 1.2660 wara l-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad.

It-tnaqqis kien dovut esklussivament mill-bejgħ prevalenti tad-dollaru. Sentiment inqas qawwi dwar il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat, li għandu ħabta jimmina d-domanda għall-par tad-Dollaru Amerikan u dak Kanadiż, ftit li xejn għen liż-żewġ muniti jew iwaqqaf it-tnaqqis fir-rati.

Indiċi

L-indiċijiet tal-ishma maġġuri fl-Istati Uniti fetħu modestment pgħla wara l-korrezzjoni tal-bieraħ. Id-Dow Jones żdied 0.3% bin-Nasdaq javvanza 0.45%.

F’riflessjoni tas-sentiment tajjeb tas-suq, l-indiċi tal-volatilità taċ-Chicago Bord Options Exchange, il-VIX (pronounced vicks) li jitqies l-indiċi tal-biża ta’ Wall Street, tbaxxa b’1.5% mal-ftuħ.

Il-kelliem għall-Prim Ministru Ingliż qal li s-swieq finanzjarji fir-Renju Unit jibqgħu wħud mill-akbar fid-dinja u kompla jgħid li huma jibqgħu lesti għal taħditiet mal-Unjoni Ewropea dwar l-ekwivalenza finanzjarja. Il-kelliem qal li l-fragmentazzjoni tan-negozju fl-ishma madwar iċ-ċentri finananzjarji mhija fl-interess ta’ ħadd. L-indiċi lokali kellu telf żgħir.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta llum ma kienx hemm negozju attiv kbir. Il-Malta Properties Company żdiedu qrib l-4% segwiti minn Trident Estates b’1.38%. Il-Mapfre kellhom l-inqas żieda, kważi 1%. L-HSBC, il-Harvest Technology u l-Malta International Airport tilfu bejn iż-0.5% u l-1%, li baxxew l-indiċi minkejja żieda akbar fil-Malta Property Company, għax il-kapitalizzazzjoni hija akbar fl-ishma f’territorju negattiv.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu l-aktar f’territorju negattiv u ċ-ċaqliq perċentwali tagħhom kien akbar. Il-Mediterranean Investment Holding żdiedu 1% waqt li l-Bank of Valletta avvanzaw 0.25%.

F’territorju negattiv kien hemm il-Medirect, l-AX Group, il-Hili Properties u x-Shoreline li kollha tilfu bejn nofs jew punt perċentwali, Il-MIDI 2026 tilfu kważi 1.5%.

Prodotti Essenzjali

L-Indiċi tat-Teknoloġija, li huwa sensittiv għar-riskju huwa l-aktar settur li maru tajjeb fin-negozju kmieni b’żieda ta’ 1%. L-Indiċi tal-Enerġija qed jitlef 1.05% hekk kif l-irkupru fiż-żejt mhux raffinat jidher li tilef fir-ritmu bil-West Texas Intermediate jikkonsolida ż-żidiet ta’ din il-ġimgħa għal madwar $58s. Id-deheb rnexxielu jirkupra t-telf ta’ matul il-jum għal taħt il-livell ta’ $1845.

Id-deheb rnexxielu jwaqqaf it-tnaqqis mill-ogħla prezz f’aktar minn ġimgħa tas-sessjoni ta’ qabel u attira il-prezz fir-reġjun ta’ $1,834 u $1,833.