L-ewro jinsab limitat minħabba r-riskji politiċi fl-Italja

Għal darb’oħra l-Isterlina dalgħodu kienet aħjar wara li l-irtirata tal-bieraħ mill-Gvernatur tal-Bank of England dwar ir-rati ta’ interessi negattivi kompliet tolqot lill-munita. Ir-rata bejn l-ewro u l-Isterlina kompliet nieżla l-isfel lejn  0.8860 pence kull ewro.  L-ewro jinsab limitat minħabba r-riskji politiċi fl-Italja li qed jiżdiedu għal darb’oħra fost kritika dwar il-governanza proposta tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala Next Generation. Minħabba dan l-ex-Prim Ministru Renzi qed jhedded li joħroġ lill-partit tiegħu mill-koalizzjoni tal-Gvern. Sadattant, id-dollaru Amerikan baqa’ qrib l-ogħla rati għal-lum hekk kif il-munita qed tikkonsolida mal-indiċi tal-inflazzjoni u dan wassal għal reazzjoni  baxxa.

Indiċi

L-indiċijiet f’Wall Street fetħu bla ċaqliq hekk għax l-investituri studjaw l-irkupru riċenti lejn livelli għolja rekord għax qed jemmnu li ser ikun hemm qawmien ekonomiku minħabba aktar stimulu fiskali u aktar tilqim.

L-ishma Ewropej hekk kif negozjati dwar akkwist ta’ kumpaniji żied il-prezz tal-ishma tal-Franċiża Carrefour u Telefonika ta’ Spanja u dan ibbilanċja d-dgħufija  fl-ishma bankarji minħabba tħassib dwar lockdowns estiżi madwar il-kontinent. Ir-regolaturi dwar il-monopolju tal-Unjoni Ewropea illum taw l-approvazzjoni lill-akkwist fuq l-Borża ta Londra tal-kumpanija Refinitiv għal $27 biljun u b’hekk inħoloq kompetitur aktar qawwi għal kumpanija ġgantija ta’ data finanzjarja il-Bloomberg LP. Huwa mifhum li Bloomberg LP xorta ser tibqa konsiderevolmanet akbar mill-Borża ta’ Londra u Refinitiv flimkien. L-indiċi lokali żdied 0.26%.

Ishma

Il-movimenti fil-Borża ta Malta llum kien dominat mill-ishma tal-MaltaPost li avvanzaw 15%.  Il-GO żdiedu 1.76% waqt li l-HSBC tilfu 1.17%.  Kien hemm negozju bħa movement fil-prezz fil-BMIT, il-Bank of Valletta u l-Harvest Technologies. Kien hemm negozju f’ishma oħra.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar bilanċjati bi preferenza lejn il-żittiv. L-iStivala wrew żieda ta’ 2.55% waqt li dawk tal-Eden Finance avvanzaw kważi 2%.  Kien hemm żieda żgħira fid-Dizz Finance. Il-Von der Heyden Group u l-AX group tilfu ftit inqas minn 1.4%.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli hekk kif iż-żieda fil-każi tal-Covid battiet l-effett ta’ żieda bikrija fil-prezz minħabba tnaqqis aktar milli mistenni fil-ħażniet Amerikani. Il-ħażniet taż-żejt mhux raffinat tbaxxew b’5.8 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet. L-analisti stennew tnaqqis ta’ 2.3 miljun barmil.

Id-deheb u l-fidda reġgħu kienu negozjati f’direzzjoni opposta bid-deheb jiżdied. Il-bidla perċentwali kienet l-istess u dik li wieħed isejjaħ normali għal bidla ta’ kuljum