L-ewro jissoda wara li żdiedet il-produzzjoni industrijali fil-Ġermanja

L-ewro żamm sod hekk kif l-istatistika wriet li fil-Ġermanja l-produzzjoni industrijali wriet xi ftit żieda matul Mejju. Din il-ġimgħa hija mimlija b’diskorsi mill-banek ċentrali u statistika importanti. Il-fokus ewlieni ser ikun iċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell, li ser jixhed quddiem il-Kungress ftit jiem biss wara l-aħħar rapport dwar l-impjiegi li wera li l-ekonomija Amerikana

L-ewro żdied b’0.01% għal $1.1223, wara li kien waqa’ għall-inqas livell fil-ġurnata ta’ $1.1213, l-inqas fi tliet ġimgħat. L-ewro tilef 0.02% kontra l-Isterlina; 0.11% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.22% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.09% kontra l-Yen. Sadattant, il-munita unika żdiedet 0.02% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-FTSE 100 tilef inqas minn 0.05%, l-iSTOXX 50 ma kellu ebda bidla, id-DAX tbaxxa b’0.31% u l-CAC 40 żdied b’0.10%.

Id-Dow Jones illum fetaħ 0.57% inqas.

L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.70%.

Ishma

L-ishma tal-Malta International Airport żdiedu bi 2.14% waqt li l-ishma tal-Bank of Valletta, il-GO u l-HSBC Bank Malta baqgħu l-istess minkejja n-negozju li sar fihom.

Il-FIMBank, il-Malita Investments u l-Lombard Bank tilfu b’aktar minn 3.50.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 żdiedu b’1.40%; il-Premier Capital 2026 b’0.48%; l-International Hotel Investments 2021 b’0.20% u l-Mercury Projects Finance 2027 b’0.05%.

Id-Dizz Finance 2026, il-Hudson Malta 2026 u n-1923 tilfu aktar minn 0.50%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, bil-Brent jitlef 0.48% għal $64.28 u l-United States light crude b’0.04% għal $57.45.

Sadattant, il-prezz tad-deheb żdied b’0.32% għal $1,404.04 u l-fidda b’0.61% għal $15.09.

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar