Barranin
L-ewro jistabilizza ruħu f’ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands, id-Danimarka u l-Iżvezja jridu self  mill-fond limitat bi żmien għall-pajjiżi li qed jitħabtu biex jirkupraw mill-pandemija, aktar milli għotjiet proposti l-ġimgħa minn Franza u l-Ġermanja għall-pjan ta’rkupru dwar il-pandemija mill-Unjoni Ewropea.

Il-pjan Franko-Ġermaniż tella’ lill-ewro ‘il fuq minn $1.10 l-ġimgħa li għaddiet qabel il-kontro-proposta mistennija ħafna mill-erba’ pajjiżi li tefgħet lill-munita taħt id-$1.09. L-ewro llum kien qed jiġi nnegozjati madwar $1.09 iżda baqa’ 5% taħt l-ogħla rata tal-2020 ta’ kważi $1.15.

Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin u tbaxxa matul il-jum għax it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-libertajiet ċivili f’Hong Kong żammew baxx lis-sentiment.

L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru nhar il-Ġimgħa hekk kif it-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kabbru d-domanda għall-munita Amerikana, iżda l-isterlina rkuprat kontra l-ewro.  It-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja inkorraġġew lill-investituri li jinvestu f’assi sikuri u l-Isterlina iddgħajfet kontra d-dollaru għat-tielet jum wara l-ieħor. L-Isterlina kienet ukoll taħt prssjoni wara li statistika maħruġa nhar il-Ġimgħa wriet li il-bejgħ bl-imnut waqa biċ-ċifra rekord ta’ 18% matul April hekk kif il-pandemija laqtet ħażin lill-infieq mill-konsumatur.

Indiċi

Is-swieq finzjarji fl-Istati Uniti illum huma magħluqa minħabba Memorial Day. Iżda dawn kienu miftuħa fl-Ewropa u fl-Asja. Is-swieq Asjatiċi żdiedu llum, bin-Nikkei żdied 1.7% u x-Shangai Composite 0.15%. Il-boroz fl-Ewropa kellhom żieda akbar.

L-ishma wrew żieda modesta llum wara li stħarriġ wera li s-sentiment tan-negozju Ġermaniż rkupra matul Mejju waqt li l-investituri jinsabu attenti dwar it-tensjonijiet li qed jiżdiedu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina . Il-miżuri tal-lockdown introdotti f’nofs Marzu tefgħu lill-ekonomija dinjija fi triq lejn riċessjoni din is-sena. Kien hemm stimulu bla preċedent mill-banek ċentrali li żammew lis-swieq finanzjarji fil-ġimgħat riċenti.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, dawn kienu b’mod ġenerali negattivi bil-FIMBank fuq quddiemnett fit-tnaqqis b’25.53%. Il-MIDI niżlu għal €0.39 kull sehem bi tnaqqis ta’ 7.14%. Il-BMIT Technologies tilfu 5.86%, l-International Hotel Investments bi 2.78% u Lombard Bank Malta b’0.96%.

F’territorju pożittiv kien hem mil-Bank of Valletta li għalqu bil-prezz ta’ €1.04 – żieda ta’ 1.96% u Simonds Farsons Cisk b’żieda ta’ 3.11%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments  2025 tilfu 1.49%, segwiti mill-International Hotel Investments  2023 which b’1.10%. u l-International Hotel Investments  2026 A Secured b’0.81% u l-Mediterranean Investments Holding  2022 tbaxxew b’0.19%.

Pożittivi kienu il-Hal Mann Vella Group  2024 b’0.49%, l-International Hotel Investments 2026 B Unsecured b’1% u l-aħjar li marru kienu il- Hili Properties  2025 b’1.02%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt li fl-aħħar erba’ ġimgħat wrew żidiet, kienu stabbli llum bi btajjel f’Singapore, Londra u New York inaqqsu n-negozju hekk kif qed  it-tħassib li qed jikber dwar id-domanda għeleb it-tnaqqis fil-produzzjoni.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew f’negozju fqir illum hekk kif issaħħaħ id-dollaru u żdiedu s-swieq finanzjarji, għalkemm it-tensjonijiet bejn l-L-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitat it-telf.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar