L-ewro jitbaxxa għall-anqas rata ta’ din is-sena

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.19, l-inqas rata din is-sena. Id-dħul mill-bonds ta’ 10 snin Amerikani żdied lejn 1.60% wara ċifri tajbin ferm dwar l-impjiegi mill-Istati Uniti u l-fatt li l-Federal Reserve ma jridx jintervjeni fil-politika moknetarja.  Il-produzzjoni industrijali Ġermaniż llum iddiżapuntat bi tnaqqis ta’ 2.5% għal Jannar.

L-Isterlina kienet taħt pressjoni minkejja l-ftuħ mill-ġdid fir-Renju Unit li minħabba d-dħul ogħla mill-bonds Amerikani. L-ewwel stadju tal-ftuħ mir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit huwa għajnuna kbira lill-ekonomija għax issa l-ġenituri jistgħu jaħdmu  aktar faċilment mingħajr interruzzjoni mill-ulied. In-nazzjon ukoll ibbenefika mill-programm mgħaġġel ta’ vaċċinazzjoni – wieħed minn tlieta huwa protett u issa qed ikunu inklużi persuna iżgħar. It-tielet fattur li jsostni lill-Isterlina ġie mill-Gvernatur tal-Bank of England, Andrew Bailey, li tenna l-pożizzjoni tiegħu li l-prospetti huma pożittivi iu sostna li x-xogħol dwar rati ta’ interessi negattivi ma jfissirx li dalwaqt jidħlu fis-seħħ.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fetħu mħallta illum fost prestazzjonijiet varji mis-setturi ewlenin. L-S&P 500 fetaħ bla moviment, in-Nasdaw tilef 0.15% u d-Dow Jones wera żieda ta’ 0.41%.

Żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan kompliet tappoġġa l-ishma finanzjarji bl-indiċi tagħhom fuq l-S&P jiżdied aktar minn 1% fin-negozju bikri. L-indiċi Ġermaniż żdied l-aktar illum bi 2.29% waqt li it-tnaqqis kien inqas u fin-naħa Asjatika, it-Topix tilef 0.14%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Loqus Holdings żdiedu bi 28% f’negozju ta’ 6,940 sehem. Il-Malita Investments avvanzaw 2.27%.  F’territorju negattiv kien hemm il-Lifestar u l-GO li tilfu aktart minn 1% iżda anqas minn 2%. Xi telf akbar kien osservat fil-PG u l-International Hotel Investments ta’ bejn 2.45% u 3.33%.  L-ishma ta’ Main Street tilfu kważi 10%.

Bonds

Il-bonds lokali kellhom jum imħallat bil-Corinthia, il-Mercury Projects u ld-Dizz jiżdiedu bejn il-1 u l-1.5%.  L-akbar telf tajn l-1% u 2% kienu fil-Premier Capital, in-1923 Investments, il-Cablenet Communications u x- Shoreline.

Fil-qasam taż-żejt wara l-prezzijiet għolja ġodda li l-aħħar li dehru kien f’Ottubriu 2018 fist inqasminn $68, il-West Texas Intermediate tilef mis-saħħa u kien qed jinbiegħ b’$66 kull barmil.,

Infatti, iż-żidiet iniżjali kienu msaħħa mill-attakk fuq faċilitajiet tal-Għarabja Sawdija mill-forżi tal-Jemen, għalkemm l-impatt tal-aħbar sfuma hekk kif uffiċjali kkonfermaw li l-ħsara ma kenitx sostanzjali.

Id-deheb żamm il-prezz tiegħu matul in-nofs tas-sessjoni Ewropea u kien qed jiġi negozjat qrib l-inqas livell, taħt l-$1,690. Id-deheb ma rnexxielux jikkapitaliżża fuq iż-żieda bikrija, tela għal $1,714 u issa tbaxxa għall-inqas livell f’disa xhur li kien laħaq nhar il-Ġimgħa li għadda.