Barranin
L-ewro jitbaxxa għall-inqas livell fi 3 ġimgħat

Id-dollaru Amerikan avvanza hekk kif it-tkabbir fid-dħul mill-bonds kiber u l-aspettattivi ta’ aktar stimulu fiskali għenu lill-munita għat-tielet jum konsekuttiv, bl-ewro jitbaxxa għall-inqas livell fi tliet ġimgħat.

L-isterlina kienet fost l-assi ta’ riskju milquta mill-irkupru tad-dollaru u tbaxxiet taħt id-$1.35 għall-ewwel darba din is-sena, waqt li l-investituri studjaw ir-riskju li l-Bank of England jintroduċi rati ta’ interessi negattivi. L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro sa issa dan ix-xahar, wara li l-ftehim fl-aħħar minuta dwar ilBrexit malajr ingħeleb mir-restrizzjonijiet aktar iebsa tal-lockdown biex ikun miġġieled il-varjant il-ġdid tal-Covid-19.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew mill-ogħla livelli ta’ 10 xhur wara l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet, hekk kif l-investituri qed jibżgħu minn żieda fil-każi tal-coronavirus madwar il-kontinent u fiċ-Ċina tista’ tfixkel l-irkupru ekonomiku. L-indiċi fl-Istati Uniti fetħu baxxi. L-indiċi lokali llum ukoll tbaxxa u segwa dawk internazzjonali bl-eċċezzjoni tat-Topix tal-Ġappun Il-kontributur ewlieni tal-prestazzjoni fil-Ġappun kienet il-kumpanija Sony li żdiedet b’aktar minn 2%. Kumpanija, is-
Shinyei Kaisha avvanzat b’26.5%.

Ishma

L-ishma fis-suq lokali kienu l-aktar f’territorju negattiv b’seba’ kumpaniji li kellhom l-akbar bidla kellhom moviment akbar mill-ftit li nnegozjaw f’territorju pożittiv. Il-bidla fil-prezz tal-Malta International Airport li kellha l-inqas telf kienet aktar sostanzjali mis-sehem li kellu l-akbar żieda, il-BMIT li żdiedu 2.08%. Simonds Farsons Cisk u l-GO it-tnejn tilfu aktar minn 2.5% iżda inqas minn 3%. Aktar negattivi kienu l-RS2 li tilfu kważi 4%, l-ishma tal-HSBC tbaxxew b’ 5% u l-Grand Harbour Marina tilfu aktar minn 7%. L-akbar tnaqqis, dak ta’ 13% kien fl-ishma tal-MaltaPost.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar bilanċjati għalkemm aktar imxaqilba lejn in-naħa negattiva. Il-Plaza Centres u l-Medserv illum żdiedu waqt li dawk li kienu f’territorju negattiv kienu l-International Hotel Investments, in-1923 Ibnvestments, l-Eden Finance u t-Together Gaming Solutions. Ebda bond li kienet negozjati ma kellha bidlali teċċedi il-1%.

Il-prezzijeit tal-Brent illum tilfu sa $1 kull barmil, milqutin minn tħassib mill-ġdid dwar id-domanda globali għall-fjuwil fost lockdowns iebsin minħabba l-coronavirus madwar id-dinja kif ukoll minħabba dollar aktar b’saħħtu. It-tħassib ġdid dwar id-domanda minħabba każi ġodda tal-coronavirus u aktar restrizzjonijiet dwar il-mobbiltà, flimkien ma’ dollar aktar b’saħħtu, kienu kkunsidrati bħala kawża tal-pressjoni mill-bejgħ. Id-deheb u l-fidda kienu negattivi bil-waqgħa
tal-fidda aktar minn dik tad-deheb.